Sports Internazzjonali
US Open: Bianca Andreescu tegħleb lil Serena Williams biex tieħu t-titlu tan-nisa
Williams terga' tfalli fit-tentattiv ta' rekord ta' suċċessi Grand Slam

It-teenager Bianca Andreescu ħasdet lil Serena Williams f’finali eċċitanti tas-single tan-nisa fl-Open tal-Istati Uniti biex rebħet l-ewwel titlu Grand Slam tagħha u ċċaħħad lill-Amerikana  minn rekord ta’ erbgħa u għoxrin suċċess ewlieni fil-karriera.

Williams li għandha 37 sena ma setgħetx tlaħħaq mal-kwalita’ tal-Kanadiża ta’ 19-il sena f’telfa ta’ 6-3 7-5.

Andreescu li kienet il-15-il seed u kkompetiet fil-main draw fi New York għall-ewwel darba, tilfet double break fit-tieni set qabel ħadet it-tielet match point u ntefgħet mal-art donnha mhix temmen x’ġara. Aktar tard qalet lil folla li din is-sena kienet ħolma li saret realtà għaliha.

Għad-diżappunt tal-partitarji tagħha, Serena Williams issa tilfet erba’ finali Grand Slam wara xulxin biex baqgħet ma laħqitx ir-rekord ta’ 24 titlu ta’ Margaret Court.

Il-lejl li ġej intant il-finali tas-singles bejn Daniil Medvedev tar-Russja u l-Ispanjol Rafael Nadal.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Id-Daniża Caroline Wozniacki temmet il-karriera tagħha fit-tennis wara li kienet eliminata mill-Open tal-Awstralja. L-aħjar mument għal Wozniacki kien fl-istess pajjiż meta fl-2018 kienet rebħet l-uniku Grand Slam tal-karriera meta għelbet…

Tennis

Is-seed numru tlieta Roger Federer għadda għat-tielet rawnd b’wirja kbira li kellu fl-Open tal-Awstralja kontra s-Serb Filip Krajinovic b’sets ta’ 6-1, 6-4 u 6-1. Il-partita ntlagħbet fir-Rod Laver Arena u…

Tennis

Il-plejer numru 1 fir-rankings mondjali Ash Barty rebħet it-tournament Adelaide International meta fil-finali ta’ dalgħodu għelbet lil Dayana Yastremska b’sets ta’ 6-2 u 7-5. Barty ħadet siegħa u 25 minuta…

Sports Internazzjonali

L-organizzaturi ta’ Tokjo 2020 bdew l-installazzjoni taċ-ċrieki mal-pajjiż li huma s-simbolu tal-Logħob Olimpiku. Iċ-ċrieki se jkunu installati, fost l-oħrajn, f’postijiet bħal Odaiba Marine Park f’Tokjo Bay, il-post fejn se jsiru…

Aktar