Sports Internazzjonali
US Open: Eliminat Federer; Dimitrov u Medvedev fis-semi finali

Fil-US Open magħrufa l-ewwel semi finalisti  tat-tournament tas-Singles tal-Irġiel u jkomplu s-sorpriżi wkoll. Eliminat Roger Federer li tilef f’ħames sets kontra Grigor Dimitrov bil-punteġġ ta’ 6-3, 4-6, 6-3, 4-6, 2-6.

Jgħaddi wkoll għas-semi finali Daniil Medvedev li għeleb lil Stan Wawrinka 7-6, 6-3, 3-6 u 6-1. Dimitrov u Medvedev jiltaqgħu issa fis-semi finali.

Iż-żewġ kwarti tal-finali l-oħra huma Diego Schwartzman kontra Rafael Nadal u Matteo Berrettini kontra Gael Monfils.

Fit-Tournament tas-Singles tan-Nisa diġa magħrufa wkoll l-ewwel żewġ players li jgħaddu għas-semi finali.  Dawn huma Elina Svitolina li għelbet lill-Brittanika Johanna Konta 6-4, 6-4 kif ukoll Serena Williams li ftit sabet diffikulta biex eliminat lil  Qiang Wang bil-punteġġ ta’ 6-1, 6-0.

Il-kwarti finali l-oħra humaBelinda Bencic kontra Donna Vekic u Bianca Andreescu kontra Elise Mertens.

 

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ice Hockey: L-ex goalkeeper ta’ Chelsea, Arsenal u r-Repubblika Ċeka Petr Cech kien protagonista f’partita ice hockey li hu ddebutta fiha fir-raba’ diviżjoni bejn Guilford Phoenix u Swindon Wilcats 2…

Formula 1

Fil-Ġappun, il-Mercedes rebħu s-sitt kampjonat konsekuttiv tal-kostrutturi wara li s-sewwieqa tagħhom spiċċaw l-ewwel u t-tielet, bil-Ferrari jkollhom tellieqa oħra pjuttost diżappuntanti wara li Vettel u Leclerc telqu mill-ewwel żewġ postijiet…

Formula 1

It-tifun Hagibis m’affettwax biss it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby imma anke l-Fornula 1. Sa mill-bidu tal-ġimgħa, it-temp kien wieħed mill-aktar fatturi li tkellmu dwaru l-mekkaniċi u s-sewwieqa, u tant li l-Ġimgħa filgħodu…

Sports Internazzjonali

L-Arġentina temmew fuq nota pożittiva parteċipazzjoni diżappuntanti fit-Tazza tad-Dinja dan hekk kif huma għelbu lill-Istati Uniti 47-17. Il-Pumas, li t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ġew fix-xejn wara telfiet kontra Franza u l-Ingilterra,…

Aktar