Sports Internazzjonali
US Open: L-Ispanjol Nadal jirbaħ id-dsatax il-Grand Slam

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ għar-raba’ darba l-Open tal-Istati Uniti dan wara li fil-finali li ntlagħbet matul il-lejl illi għadda huwa għeleb lir-Russu Daniil Medvedev bil-punteġġ ta’ 7-5, 6-3, 5-7, 4-6, 6-4.

Kif jindika l-iskor il-logħba kienet waħda kumbattuta fejn wara li Nadal fetaħ vantaġġ ta’ żewġ sets, irrisponda Medvedev bir-rebħ taż-żewġ sets suċċessivi. Il-finali ġiet deċiża bil-ħames set li ntrebaħ minn Nadal 6-4.

Dan kien id-dsatax il-Grand Slam fil-karriera ta’ Nadal fi tmiem logħba li damet erbgħa siegħat u ħamsin minuta.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Olimpijadi TOKYO 2020

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020. Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu. L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Aktar