International Sports
US Open: Nadal – Medvedev fil-finali tas-singles tal-irġiel

Rafael Nadal għadda għall-finali tal-Open tat-Tennis tal-Istati Uniti meta għeleb lit-Taljan Matteo Berrettini fi tliet sets.

L-Ispanjol ta’ 33 sena, it-tieni seed fl-Open, ħelisha minn żewġ set points kontrih fl-ewwel set qabel wera l-klassi tiegħu f’rebħa ta’  7-6 (8-6) 6-4 6-1 fi Flushing Meadows.

Berrettini, li għandu 23 sena, batta wara li tilef iċ-ċans tiegħu imma xorta ta prova oħra għaliex igawdi stima qawwija.

Nadal, li qed ifittex ir-raba’ titlu fi New York, jilgħab mar-Russu Daniil Medvedev fil-finali tal-Ħadd.

Medvedev, il-ħames seed, aktar kmieni rebaħ  7-6 (7-5) 6-4 6-3 ma’ Gregor Dimitrov tal-Bulgarija fis-semifinali l-oħra fl-Arthur Ashe Stadium.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Matthew Asciak u Matthew Cassar Toreggiani llum wara nofsinhar jiltaqgħu fil-finali tas-singles tal-irġiel fl-Open Tournamentt organizzat minn Birkirkara Tennis Club. Fis-semifinali tal-bieraħ Asciak għeleb lil Denzil Agius 6-1, 6-2, waqt…

Tennis

Kim Clijsters rebbieħa ta’ erba’ titli Grand Slam ħabbret li se tirritorna fix-xena agonistika wara li kienet irtirat seba’ snin ilu. Hi qalet li m’għandha ebda ambizzjoni speċjali ħlief li…

Sports Internazzjonali

It-teenager Bianca Andreescu ħasdet lil Serena Williams f’finali eċċitanti tas-single tan-nisa fl-Open tal-Istati Uniti biex rebħet l-ewwel titlu Grand Slam tagħha u ċċaħħad lill-Amerikana  minn rekord ta’ erbgħa u għoxrin…

International Sports

Tennis – US Open 2019 Serena Williams kellha ritorn perfett fil-US Open  meta ddominat u rebħet lir-rivali eterna tagħha Maria Sharapova bi skor ta’ 6-1, 6-1 fl-ewwel rawnd ta’ din…

Aktar