International Sports
US Open: Rebħa faċli għal Serena Williams

Tennis – US Open 2019

Serena Williams kellha ritorn perfett fil-US Open  meta ddominat u rebħet lir-rivali eterna tagħha Maria Sharapova bi skor ta’ 6-1, 6-1 fl-ewwel rawnd ta’ din il-kompetizzjoni. Id-dominju tat-tennista ta’ 37 sena kien tant evidenti li rebħet il-logħba f’ħin ta’ 59 minuta.

Statistikament hi rebħet lit-tennista Russa għad-19-il darba konsekuttiva. Hi qed tipprova tirbaħ l-24 Grand Slam tagħha fir-ritorn wara li saret omm sentejn ilu.

Williams kienet qed tirbaħ din il-kompetizzjoni wara li fil-finali ta’ sena ilu ħolqot kontroversja kbira meta kellha xi tgħid mal-umpire Carlos Ramos fit-telfa tagħha kontra Naomi Osaka.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Gvernatur ta’ Kalifornja Gavin Newsom ta l-permess għar-ritorn tal-isport professjonali fl-Istat tiegħu. Ilbieraħ, il-Gvernatur ta’ New York Andrew Cuomo wkoll ta l-istess permess. Newsom qal li fl-Istat tiegħu, l-isport hu…

International Sports

Il-WADA il-World Anti Doping Agency kkonfermat li mill-investigazzjonijiet li baqgħet tagħmel dwar l-iskandlu ta’ doping organizzat fir-Russja sabet erba’ każijiet oħra li ħarġu waqt l-analiżi ta’ riżultati mill-laboratorji tar-RUSADA f’Moska….

International Sports

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku minn mindu tħabbar uffiċjalment il-posponiment tal-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 għas-sena d-dieħla. Wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li saret b’mod virtwali Bach…

International Sports

Wara li l-Alġerija kienet ħabbret li pposponiet id-19-il edizzjoni tal-Logħob tal-Mediterran li kienu skedati għal Ġunju tal-2021 illum il-Kumitat Internazzjonali ta’ dan il-Logħob flimkien mal-Gvern Alġerin ħabbar li issa din…

Aktar