Sports Internazzjonali
US Open: Williams u Andreescu fil-finali tan-nisa

Serena Williams u Bianca Andreescu ser jikkontestaw il-finali tan-Nisa tal-Open tal-Istati Uniti wara rebħiet fis-semi finali rispettivi tagħhom.

Williams kienu f’vena eċċezzjonali meta għelbet lil Elina Svitolina bil-punteġġ ta’ 6-3, 6-1 biex resqet pass il-bogħod mir-rebħ tal-24 Grand Slam tagħha. Minkejja li l-punteġġ jindika rebħa faċli għal Williams, l-avversarja tagħha xorta kellha l-mumenti pożittivi li iżda ma’ sfruttatx. Fil-fatt hija naqset li tirbaħ wieħed mis-sitt break points li kellha.

Fil-finali Williams tiltaqa kontra l-Kanadiża Bianca Andreescu li fis-semi finali l-oħra għelbet lil Belinda Bencic 7-6 (7-3), 7-5. Din kienet logħba aktar bilanċjata fejn l-ewwel set kien wieħed missielet ħafna li saħansitra mar għat-tie break li Andreescu rebħitu 7-3. Fit-tieni set break wieħed għamel id-differenza biex xaqleb il-miżien lejn it-tennista Kanadiża.

Jekk Williams tirbaħ il-finali tkun qed tilħaq ir-rekord ta’ Margaret Court ta’ rebħ ta’ 24 Grand Slam. Fil-fatt hija diġa kienet viċin tlett darbiet iżda naqset li tagħmel dan is-sena li għaddiet wara li tilfet kontra Naomi Osaka f’dan l-istess Open kif ukoll żewġ finali f’Wimbledon.

U llejla jibdew jintlagħbu s-semi finali tal-Irġiel fejn Medvedev jiltaqa ma’ Dimitrov filwaqt li Berrettini jaffronta lil Nadal.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ice Hockey: L-ex goalkeeper ta’ Chelsea, Arsenal u r-Repubblika Ċeka Petr Cech kien protagonista f’partita ice hockey li hu ddebutta fiha fir-raba’ diviżjoni bejn Guilford Phoenix u Swindon Wilcats 2…

Formula 1

Fil-Ġappun, il-Mercedes rebħu s-sitt kampjonat konsekuttiv tal-kostrutturi wara li s-sewwieqa tagħhom spiċċaw l-ewwel u t-tielet, bil-Ferrari jkollhom tellieqa oħra pjuttost diżappuntanti wara li Vettel u Leclerc telqu mill-ewwel żewġ postijiet…

Formula 1

It-tifun Hagibis m’affettwax biss it-Tazza tad-Dinja tar-Rugby imma anke l-Fornula 1. Sa mill-bidu tal-ġimgħa, it-temp kien wieħed mill-aktar fatturi li tkellmu dwaru l-mekkaniċi u s-sewwieqa, u tant li l-Ġimgħa filgħodu…

Sports Internazzjonali

L-Arġentina temmew fuq nota pożittiva parteċipazzjoni diżappuntanti fit-Tazza tad-Dinja dan hekk kif huma għelbu lill-Istati Uniti 47-17. Il-Pumas, li t-tamiet ta’ kwalifikazzjoni ġew fix-xejn wara telfiet kontra Franza u l-Ingilterra,…

Aktar