Futbol internazzjonali
Usain Bolt bi prova ma’ Borussia Dortmund f’Marzu li ġej

Usain Bolt, Champion Olimpiku tal-atletika, qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex isib klabb tal-futbol professjonali u jirreġistra miegħu.

Bolt qal dan waqt konferenza tal-veloċità fl-iskola tal-Puma li saret f’Johannersburg, fl-Afrika t’Isfel. Bolt żvela li se jkun qed jagħmel prova ta’ taħriġ mal-klabb Ġermaniż ta’ Borussia Dortmund u din hi skjedata għal Marzu li ġej.

Bolt qal li l-futbol minn dejjem kien sport li jagħtih passjoni u issa li waqaf minn atleta professjonali, għandu ċ-ċans jibda jitħarreġ bil-ballun.

Bolt attenda din l-attività tiegħu ta’ President tal-iskola tal-Veloċità u ħeġġeġ lill-Gvern tal-Afrika t’Isfel biex jinvesti f’aktar żgħażagħ ta’ talent.

Bolt reġa’ ħareġ għal darb’oħra sa fuq it-track tal-atletika, iżda din id-darba biex isellem lill-eluf ta’ partitarji li marru biex isellmulu.

Miktub minn...
TVM Sport