Atletika
Usain Bolt b’messaġġ lid-‘dopers’: “Ieqfu għax se toqtlu l-atletika”

Usain Bolt tkellem kontra d-‘dopers’ f’intervista li ta lill-istazzjon BBC fl-Ingilterra, fejn għamilha ċara li jekk mhux se jieqfu jagħtu ċerti sustanzi lill-atleti, se joqtlu l-atletika darba għal dejjem.

“Sentejn ilu kont għidt li ninsabu f’sitwazzjoni ta’ alarm fejn jidħol id-‘doping’ fl-isport kollu, inkluż l-atletika. Id-‘doping’ dejjem ħażin u mhux ġust għal min jieħu sustanzi f’ġismu u  anqas għal dawk li jkunu qed jikkompetu kontra atleti b’sustanzi f’ġisimhom,” qal Bolt.

Bolt, tmien darbiet champion Olimpiku, u ikona mondjali tal-isport, se jirtira hekk kif jintemmu l-Kampjonati Dinjija tal-atleta dan ix-xahar.

Hu se jiġri fil-100 metru u fil-4×100 metru.

Il-Kampjonati Dinjija tal-atletika jibdew il-Ġimgħa li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport