Atletika
Usain Bolt isir missier għall-ewwel darba

Il-leġġenda tal-atletika Usain Bolt sar missier għall-ewwel darba.

Bolt u s-sieħba tiegħu Kasi Bennett kellhom l-ewwel wild il-Ħadd li għadda, tifla li l-isem għadu ma tħabbarx.

L-aħbar għamilha uffiċjali l-Prim Ministru tal-Ġamajka Andrew Holness fuq twitter it-Tnejn.

Bolt għandu r-rekords dinjija tal-100 metru u l-200 metru u rebaħ tmien Midalji tad-Deheb fil-logħob Olimpiċi.

Bolt kien dejjem jgħid li se jħajjar lil uliedu jkomplu fuq il-passi tiegħu fl-atletika.

Miktub minn...
TVM Sport