Atletika
Usain Bolt jattendi l-funeral ta’ sieħbu Germaine Mason

Usain Bolt kien preżenti għall-funeral ta’ Germaine Mason, ħabib kbir tiegħu u champion tal-high jump, li miet wara inċident tat-traffiku li kellu bil-mutur tiegħu.

Il-ġisem ta’ Mason ittieħed fil-Ġamajka, f’Kingston, fejn hemmhekk saret il-quddies u d-difna fiċ-ċimiterju, liema qabar kien imħaffer mill-istess Bolt.

Fost ir-reffiegħa tat-tebut ta’ Mason kien hemm Usain Bolt, l-eks-plajer ta’ Bolton Ricardo Gardner u l-plejer ta’ Tranmere Ian Goodison.

Miktub minn...
TVM Sport