Futbol internazzjonali
Usain Bolt jitħarreġ ma’ World Eleven bi preparazzjoni għall-partita ta’ ħbiberija għall-benefiċenza

L-ex champion Olimpiku u l-aktar persuna veloċi fid-dinja, Usain Bolt, flimkien mat-tim tiegħu, il-World Eleven, kellhom sessjoni ta’ taħriġ biu tħejjija għall-partita ta’ benefiċenza li se jkunu qed jilagħbu fl-10 ta’ Ġunju li ġej.

It-tim ta’ Bolt se jkunu qed jilagħbu din il-partita kontra tim Ingliż li se jkun immexxi mill-kantant Robbie Williams u l-partita se tintlagħab f’Old Trafford.

Fit-tim ta’ Bolt wieħed isib stilel tal-isport bħal Kevin Pietersen, Dan Carter, Robert Pires, Yaya Toure, Robbie Keane u Juan Sebastian Veron u ċelebritajiet bħal Gordon Ramsay u l-kantant tal-band West Life Nicky Byrne.

Il-Ħamis li għadda, Bolt lagħab mat-tim Norveġiż Stromsgodset f’partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali Norveġiż ta’ taħt id-19-il sena.

Bolt, partitarji ta’ Manchester United, għadu bil-ħolma li xi darba jsir plejer tal-futbol professjonali.

Miktub minn...
TVM Sport