X

Usian Bolt sa fl-aħħar jaqta’ xewqtu u jidebutta bħala footballer

L-Iktar sprinter veloċi fid-Dinja l-Ġamajkan Usian Bolt sa fl-aħħar qata’ xewqtu u ddebutta bħala player professjonali ma’ Central Coast Mariners fl-Awstralja.

Central Coast lagħbu partita ta’ ħbiberija li fiha Bolt daħal jilgħab u ddebutta ma’ dan it-team fit-tieni taqsima. Il-logħba ntemmet 6-1 favur it-team li ddebutta miegħu Bolt. Central Coast kienu qed jilagħbu kontra team tal-amateurs. Hu ma rnexxielux jiskorja iżda ta spettaklu bil-ġirjiet tipiċi tiegħu.

Sandro Micallef :Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.