Olimpijadi TOKYO 2020
Vladimir Putin jiltaqa’ mal-atleti Russi li pparteċipaw fl-Olimpijadi ta’ Tokjo

Il-President Russu Vladimir Putin laqa’ lill-atleti Russi li pparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo u rringrazzjahom tal-wirjiet u s-servizz li taw lil pajjiż, minkejja d-diffikultajiet li kellhom iħabtu wiċċhom magħhom.

L-atleti Russi ma setgħux jikkompetu taħt il-bandiera ta’ pajjiżhom minħabba sospensjoni marbuta ma’ doping.

Putin qassam midalji lill-atleti kollha li pparteċipaw li ħadu sehem fl-Olimpijadi.

B’kollox l-atleti Russi rebħu 71 Midalja, 20 minnhom tad-Deheb biex spiċċaw fil-ħames post fil-klassifika tal-midalji.

Miktub minn...
TVM Sport