Futbol internazzjonali
Valencia jkeċċu lill-kowċ Javi Garcia

Valencia, il-klabb ta’ La Liga fi Spanja, keċċa lill-kowċ Javi Garcia wara 10 xhur fil-kariga.

Valencia tilfu f’darhom tard ilbieraħ filgħaxija kontra Barcelona bi skor ta’ 3-2, wara li kienu anki gowl minn fuq.

Valencia jinsabu 6 punti bogħod miż-żona tar-relegazzjoni.

L-ex manager ta’ Watford rebaħ tmien partiti biss f’dan l-istaġun.

Fi stqarrija, il-klabb Spanjol irringrazzja lil Garcia għax-xogħol u d-dedikazzjoni tiegħu.

Valencia jinsabu fl-14-il post tal-klassifika b’erba’ partiti biss li fadal x’jintlagħbu.

L-assistant kowċ Salvador Gonzalez se jkun qed imexxi lit-tim fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport