Moto GP
Valentino Rossi bl-ewwel ħsibijiet biex jirtira

Sitwazzjoni Valtino Rossi: Minkejja li l-istaġun tal-MotoGP ta’ dan l-istaġun għadu ma bediex u hemm konferma li se jkun qed jikkompeti meta jibda l-istaġun mat-team tal-Yamaha, Rossi diġa’ tefa’ l-ħsibijiet tiegħu fuq il-possibilita’ li jirtira.

Filfatt Rossi kien ikkwotat jgħid li fi tmiem dan l-istaġun se jkun qed jieħu deċiżjonijiet importanti dwar il-futur tiegħu fl-Isport tal-Muturi. Dan se jkun l-aħħar staġun ta’ Rossi mal-Yamaha. Is-sewwieq li fil-passat rebaħ xejn inqas minn seba’ darbiet il-kampjonat Moto GP għadu ma ddeċidiex jekk jaċċettax l-offerta li saritlu diġa’ mit-team Petronas biex isuq magħhom mill-istaġun ta’ wara għaliex proprju għadu mhux konvint li jibqa’ jtellaq fuq iż-żewġ roti.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.