Motorsport
Valentino Rossi mistenni jiddeċiedi l-futur tiegħu matul din is-sena

Is-sewwieq Valentino Rossi ser jiddeċiedi din is-sena jekk ikomplix jikkompeti fil-Moto GP jew le. Rossi ħabbar dan wara li t-tim tal-Yamaha ħabbru li ffirmaw liż-żagħżugħ Franċiż Fabio Quartararo mis-sena 2021. Quartararo huwa mistenni li jieħu post Rossi mal-Yamaha, u jsieħeb lil Maverick Vinales.

Dan ser ikun il-25 staġun ta’ Rossi fil-Moto GP, u t-Taljan ta’ 40 sena qal li din is-sena ser tkun deċiżiva. Wiegħed li sal-ewwel ftit tlielaq tal-2020 ser ikun iddeċieda l-futur tiegħu, bil-Yamaha qegħdin jistennew bil-ħerqa x’ser jiddeċiedi għaliex jekk kemm-il darba jiddeċiedi li jirtira, allura joffrulu rwol differenti fit-tim.

Fil-karriera tiegħu Valentino Rossi rebaħ il-kampjonat tal-Moto GP 9 darbiet, u bħalissa huwa t-tielet l-aktar sewwieq li rebaħ titli, wara t-Taljan Giacomo Agostini u l-Ispanjol Angel Nieto. B’kollox Rossi tellaq f’402 itlielaq, u rebaħ 89 minnhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Motorsport

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena. Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz sar Champion tar-Rally ta’ Dakar għat-tielet darba fil-karriera fl-età ta’ 57 sena. L-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi fuq il-Honda biex temm dominja ta’ 18-il sena li…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz jinsab stadju ‘l bogħod milli jirbaħ id-Dakar Rally 2020. Fit-tmiem tal-istadju ta’ qabel tal-aħħar, Sainz kellu 10 minuti vantaġġ fuq il-Qatari Nasser Al-Attiyah, u ftit tas-sekondi aktar…

Aktar