Motorsport
Valentino Rossi pożittiv għall-Covid 19

Id-disa’ darbiet champion tad-dinja Valentino Rossi rriżulta pożittiv għall-Covid-19 u ser jitlef il-Moto GP ta’ tmiem din il-ġimgħa li ser isir f’Aragon. Is-sewwieq ta’ 41 sena ma spiċċax l-aħħar tlett itlielaq u l-istaġun kompla jmur għan-niżla bir-riżultat tal-iswab test. Kif kiteb fuq Twitter, jidher li t-test li sarlu t-Tlieta rriżulta fin-negattiv, imma mit-test li sarlu l-Ħamis ħareġ li kien pożittiv għall-virus.

It-tim Yamaha kkonfermaw li Valentino Rossi rritorna lejn l-Italja wara l-Moto GP li sar fi Franza u l-kundizzjoni medika tiegħu ser tkun imħarsa mill-istaff mediku tat-tim.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA