Futbol lokali
Valletta, Birkirkara u Gżira United jissuġġerixxu lill-MFA biex il-futbol jitkompla fl-10 ta’ Ġunju

TVMSport għandu f’idejh kopja ta’ ittra oħra mibgħuta lill-MFA mit-tliet clubs li ma jaqblux mal-proposta tal-Premier Division Standing Committee li l-Kampjonat Premier jiġi terminat b’mod immedjat: fejn minflok qed jipproponu dati fissi biex jerġa’ jibda t-taħriġ tal-players u eventwalment jitkompla l-Kampjonat.

It-tliet clubs: li huma Valletta, Birkirkara u Gżira Utd: qed jissuġġerixxu l-10 ta’ Ġunju bħala d-data biex it-timijiet imorru lura għas-sessjonijiet tat-training: u l-1 ta’ Lulju bħala d-data biex jerġa’ jibda l-logħob.

Il-ħsieb ikun li s-sitt partiti li għad fadallu kull team jintlagħbu fi spazju ta’ tliet ġimgħat biex jitlaħħaq id-deadline tal-21ta’ Lulju speċifikat mill-UEFA biex kull assoċjazzjoni tinnomina t-timijiet għall-kompetizzjonijiet Ewropej l-istaġun li ġej.

Fl-ittra t-tliet clubs isostnu l-pożizzjoni tagħhom li l-verdetti jingħataw fil-pitch u bl-ebda mod ieħor.

Sorsi viċin il-clubs ikkummentaw ma’ TVMSport li m’huma lesti jaċċettaw ebda deċiżjoni jekk mhux meħuda mill-awtoritajiet tas-saħħa.

TVMSport jifhem ukoll li għall-inqas uħud mill-clubs qed jirriservaw id-dritt li jqisu l-alternattivi kollha dwar is-sehem tagħhom fil-Kampjonat Premier l-istaġun li ġej jekk dan l-istaġun jiġi terminat hawn u s-sitwazzjoni rigward vaċċin kontra l-coronavirus tkun għadha l-istess bħal-lum.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar