Futbol lokali
FILMAT – Valletta b’rebħa komda fuq Mosta, u jitilgħu momentarjament it-tieni fil-klassifika

BOV Premier League 2019/2020

Mosta………..0

Valletta……..4

It-tim mill-kapitali għal darba oħra jikseb 3 punti oħra li kienu meritati kontra Mosta, f’rebħa ta’ 4-0.

Valletta li nistgħu ngħidu sabu ftit diffikulta biex għelbu l-isfida Mostija.

Fit-3 minuta, l-ewwel azzjoni tkun dik tal-laqta Mostija fejn Nicolaevich Kotlov mil-lemin, jgħaddi lejn Matias Muchardi, bix-xutt tiegħu salvat f’korner mill-internazzjonali Malti, l-goalkeeper Henry Bonello. Fil-11-il minuta jerġa Muchardi għall-Mostin, ‘free-kick’ minn barra l-kaxxa tiegħu, ballun għal darba oħra salvat tajjeb f’korner minn Henry Bonello.

Fil-25 minuta pero’, ikunu Valletta li jmorru fil-vantaġġ, insistenza minn Kyrian Nwoko fuq in-naħa tax-xellug, fejn imbagħad mill-kross tiegħu, jidħol tajjeb Irakli Dzaria li minn ġol-kaxxa b’xutt tajjeb jegħleb lil Andreas Vella, għal Mosta 0-1 Valletta.

Risposta Mostija fit-33 minuta, ‘free-kick’ minn barra l-kaxxa ta’ Edin Murga, ballun pero’ salvat faċilment minn Henry Bonello fil-lasti. 

Imma 3 minuti wara, Valletta saħansitra jirdupjaw, kross ta’ Kyrian Nwoko mix-xellug, Mario Fontanella bir-ras jitfa’ fix-xibka, minkejja t-tentattivi t’Andreas Vella bejn il-lasti Mostin biex jevita milli l-ballun jidħol fil-lasti difiżi minnu.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Valletta anke setgħu għamluhom 3, wara li Andreas Vella jitlef il-ballun banalment ma’ Fontanella, meta kien qiegħed barra l-kaxxa difiża minnu, bit-tentattiv ta’ Fontanella salvat ‘in-extremis’ minn David James Brown ta’ Mosta, f’korner.

Fit-tieni taqsima, 48 minuta u Kyrian Nwoko jkollu ġirja tajba ħafna mal-lemin, pero’ ix-xutt finali tiegħu minn ġol-kaxxa eventwalment jispiċċa f’idejn Andreas Vella. 51 minuta, u Matteo Piciollo mix-xellug, lejn Kyrian Nwoko bix-xutt tiegħu minn barra l-kaxxa, ballun għoli mil-lasti Mostin.

54 minuta, u Mosta 0-3 Valletta, jitwaqqa’ fil-kaxxa Matteo Piciollo, bir-referee Alan Mario Sant jordna ‘penalty’, biex mill-11-il metru Mario Fontanella jerġa jitfa’ fix-xibka f’din il-partita.

59 minuta, u Jean Barthelemy Diouf ikollu xutt għal Mosta minn barra l-kaxxa l-kbira, ballun jgħaddi barra. 62 minuta, xutt ta’ Kyrian Nwoko din id-darba għall-Beltin, Nwoko, f’partita tajba ħafna għalih, ballun jgħaddi ftit barra mil-lasti Mostin.

86 minuta, Valletta jagħmluhom 4, kross tas-sostitut Nicholas Pulis mil-lemin, daqqa ta’ ras tas-sostitut l-ieħor Kevin Tulimieri li kien żmarkat għal kollox ġol-kaxxa, ballun fix-xibka, Mosta 0-4 Valletta.

Fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima, Mosta b’ċans tajjeb ħafna li jiksbu l-gowl tal-bandiera permezz ta’ Diouf li l-‘free-kick’ tiegħu mill-bogħod, jiġi mxellef fuq il-wieqfa minn Bonello.

Riżultat finali-Mosta 0-4 Valletta

BOV Plejer tal-Partita-Mario Fontanella (Valletta)

Referee-Alan Mario Sant

Formazzjonijiet:

Mosta-A.Vella, E.Murga, A.G Roach, W.Gomes, D.Bonnici, N.Kotlov, D.Xuereb, J.B Diouf, T. Farrugia (C), D.J Brown, M.Muchardi

Valletta-H.Bonello, J.Caruana (C), S.Borg, R.Camilleri, M.Piciollo, K.Nwoko, J.Borg, E.Pena Beltre, R.Muscat, I.Dzaria, M.Fontanella

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Tlettax-il plejer ġej sospiżi partita mill-Kampjonat BOV Premier. Dawn il-plejers kienu kkonfermati fi stqarrija mibgħuta mill-MFA wara d-deċiżjonijiet tal-Kummissarju tad-Dixxipplina. Il-plejers huma: Paul Fenech u Steve Pisani ta’ Balzan, Cain…

Futsal

It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kiseb rebħa tajba ta’ 3-1 kontra l-Bulgarija fit-tieni logħba ta’ ħbiberija li ntlagħbet bejn dawn iż-żewġ nazzjonijiet. Wara d-dro ta’ 2-2 tal-Ħadd li għadda lbieraħ waslet…

Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Aktar