Futbol lokali
Valletta FC f’luttu imut Vincent Tabone l-‘Palollu’ li serva fil-kumitat fl-aħħar 40 sena
Valletta FC ikkonfermaw li fis-sigħat li għaddew miet il-membru tal-Kumitat u supporter kbir tat-team Belti Vincent Tabone magħruf bħala l-Palollu.
Tabone li kellu 72 sena kien id-Direttur tal-Club Belti u ilu jservi fil-Kumitat ta’ Valletta FC għal dawn l-aħħar 40 sena. Hu mhux biss kien isegwi b’interess it-team tal-kbar iżda anke t-teams tal-Youth ta’ Valletta FC. Tabone kienu ilu rikoverat l-isptar għal dawn l-aħħar jiem.
Il-Club permezz tal-paġna tiegħu ta’ Facebook bagħat il-kondoljanzi lill-familja kollha f’isem il-mijiet ta’ partitarji Beltin li fosthom kien tant maħbub.
TVM Sport ukoll iwassal il-kondoljanzi lill-familja Tabone.
Miktub minn...
TVM Sport
.