Futbol lokali
Valletta FC jirbħu s-Super Cup 2018/19

MFA BOV SUPER CUP 2018

Valletta…..2

Balzan……1

Valletta jgħaqqdu t-tużżana: it-team tal-kapitali żied mar-rekord tiegħu stess u għamilhom tnax-il suċċess fil-BOV Super Cup meta f’finali missielta imma nieqsa minn azzjoni fil-kaxxa għelbu lil Balzan 2-1.

Għal Balzan mill-ġdid id-diżappunt tat-telfa wara li għal darb’oħra kienu tant viċin l-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club fl-ewwel dehra tagħhom fis-Super Cup.

Valletta fil-vantaġġ wara 10 minuti: il-kross fit-tul ta’ Rowen Muscat lejn Alba li minn mal-linja tefa’ għan-nofs: il-goalkeepeer Sultana kien indeċiż fil-ħarġa tiegħu, u fit-tentattiv li jantiċipa lil Kaljevic, id-difensur ta’ Balzan Michael Johnson tefa’ fix-xibka tiegħu stess.

Il-partita kompliet bi ftit li xejn azzjonijiet fuq iż-żewġ lasti sakemm fis-36 minuta bħal sajjetta fil-bnazzi wasal id-draw ta’ Balzan: żball did-darba f’nofs il-ground Belti, approfitta Ljubomirac, De Paixao Alves ġera għall-kross u spara ġmiel ta’ xutt minn tarf il-kaxxa għar-rokna tax-xibka minkejja t-tentattiv ta’ Bonello li miss bi zbrixx.

Xejn iktar ma ġara sal-mistrieħ u għalkemm it-tieni taqsima bdiet aktar movimentata, il-partita baqgħet nieqsa minn ċansijiet ta’ skor. 13-il minuta mit-tmiem iżda wasal il-goal deċiżiv: Alba mil-lemin tefa’ għan-nofs, laħaq l-ewwel Fontanella li minn tarf il-kaxxa ż-żgħira ma ta ebd a ċans lil Sultana.

Ir-reazzjoni ta’ Balzan baqgħet ma waslitx u l-aħħar tisfira tar-referee Trustin Farrugia Cann li ma kellux partita diffiċli ħalliet lil Valletta rebbieħa tat-treble, bil-BOV Super Cup tiżdied mal-kampjonat u l-FA Trophy tal-istaġun li għadda.

Iż-żewġ timijiet bdew b’din il-formazzjoni:

Valletta: Henry Bonello, Jonathan Caruana, Steve Borg, Santiago Malano, Matteo Piciollo, Emmy Pena Beltre, Ibrahim Saleh, Rowen Muscat, Miguel Alba (85’ Kyrian Nwoko), Bojan Kaljevic (80’ Jean Borg), Mario Fontanella (90+1’ Nicholas Pulis)

Coach: Danilo Doncic

Balzan: Steve Sultana, Justin Grioli (46’ Steven Bezzina), Dale Camilleri (75’ Andrija Majdevac), Nenad Sljivic, Alex de Paixao, Michael Johnson (87’ Lydon Micallef), Alfred Effiong, Uros Ljubomirac, Ivan Bozovic, Elkin Serrano Valero, Carlos de Fiori Mendes

Coach: Marko Micovic

Referee: Trustin Farrugia Cann.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd tintlagħab it-tnax-il ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, bil-logħba ta’ tmiem il-ġimgħa tintlagħab il-Ħadd bejn Valletta u Hibernians. Is-seba’ logħbiet huma dawn: Il-Ġimgħa – Stadium Nazzjonali 19:00…

Futbol lokali

Itellgħu l-poloz tat-timijiet Nazzjonali ta’ taħt is-17 u d-19 -il sena validi mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA EURO 2020/21. It-tim ta’ taħt id-19 -il sena se jilgħab mal-Ingilterra, Slovenja u Wales…

Futbol lokali

Saru magħrufa l-fixtures tar-raba’ round tal-FA Trophy 2019/20. L-MFA illum ħabbret il-programm ta’ logħbiet li se jintlagħbu hekk: FA TROPHY 2019/20 – IR-4 ROUND Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar 19:00 Mosta…

Futbol lokali

Tliet timijiet żammew ir-rekord perfett fil-kampjonat lokali tal-Mini-Football meta kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva sabiex żammew l-ewwel post tal-klassifika. Fil-fatt hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata fil-grawnd tal-Marsa United Stars, White Eagles…

Aktar