Futbol lokali
Valletta FC jitolbu lill-MFA biex tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA

Valletta FC kitbu uffiċjalment lill-Malta Football Association u talbuha tinvestiga l-mod kif Floriana FC ingħataw il-liċenzja tal-UEFA għall-istaġun li ġej.

Valletta FC qed isostnu li għandhom allegazzjonijiet serji dwar dan il-każ u li mhux se jkunu qed jikkumentaw aktar sakemm jiġi investigat.

Fl-istqarrija ma jissemma xejn x’jinvolvi l-każ iżda sorsi ta’ TVMSport jindikaw li kollox hemm jorbot ma’ flus dovuti relatati ma’ Anthony Grech Sant u Johann Said, ex Presidenti ta’ Floriana FC.

Fl-istqarrija, Valletta FC, jgħidu li qed jistennew ġustizzja u trattament ugwali ma’ kulħadd.

Valletta FC qed jgħidu li jekk l-allegazzjonijiet tagħhom jirriżultaw li huma veritiera, għandhom jittieħdu passi, skont ir-regolamenti tal-MFA u tal-liċenzjar tal-UEFA.

Il-klabb Belti qal ukoll li jekk dan ma jseħħx, se jkun qed jirrikorri għal opzjonijiet oħra u pariri legali lokali u internazzjonali għal rimedju u sodisfazzjon.

TVMSport għamel ukoll kuntatt ma’ Floriana FC li min-naħa tagħhom ikkonfermaw li se jkunu qegħdin jirribattu għal dawn l-allegazzjonijiet bi stqarrija oħra fil-ħin li ġej.

S’issa, l-MFA għadha ma għamlet l-ebda stqarrija.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar