Futbol lokali
FILMAT: Valletta fil-finali tal-FA Trophy wara rebħa fuq Gżira United, issa l-finali nhar is-Sibt

FA TROPHY 2018/19

Semi Finali

GŻIRA UTD. ….0

VALLETTA ……2

Valletta kisbu post fil-finali tal-FA Trophy kontra Balzan dan wara li fit-tieni semi finali huma għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-0.

Valletta waslu sas-semi finali wara li għelbu lil Marsa 3-0, Lija Athletic 7-1 u nhar il-Erbgħa li għaddiet lil Hibernians bl-iskor ta’ 3-2 wara l-ħin barrani. Mill-banda l-oħra Gżira United għelbu lil Rabat Ajax 4-0, Melita 4-2 u lil Pieta 2-1 wara l-ħin barrani.

Vallett rebħu din il-kompetizzjoni xejn anqas minn 14 il-darba filwaqt li Gżira darba biss fl-1973 fil-finali li ntlagħbet tlett darbiet kontra Birkirkara.

Joseph Zerafa kien sospiż għal din il-logħba filwaqt li Steve Borg u Miguel Angel Alba neqsin. Fil-logħbiet preċedenti bejn dawn it-timijiet matul dan l-istaġun ir-riżultat kien wieħed ta’ draw, 0-0 u 1-1.

Fit-8 minuta xutt ta’ Fontanella ġie salvat mill-gowlkeeper Haber. Żewġ minuti wara fuq kross ta’  Nwoko kien Kaljevic li falla minn taħt il-lasta. Fis-17 il-minuta minn korner ta’ Fontanella daqqa ta’ ras minn Nwoko ġiet imdawra f’korner minn Haber. L-ewwel azzjoni ta’ Gżira waslet fit-23 minuta meta xutt ta’ Garba ġie mblukkat mid-difiża l-ballun wasal għand Zarate li mill-viċin laqat ħażin. Seba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima ċans doppju għal Valletta. Xutt ta’ Pulis kien salvat parzjalment minn Haber u mir-rebound il-gowlkeeper tal-Maroons salva fuq Nwoko. Biex fl-44 minuta fuq kross ta’ Pena Beltre xutt fil-baxx ta’ Fontanella għadda ftit barra.

Fl-ewwel parti tat-tieni taqsima l-logħob żvolġa f’nofs il-grawnd b’Valletta xi ftit aktar superjuri. Kien fis-70 minuta li l-Beltin resqu viċin meta Pulis sab lil Kaljevic li waħdu quddiem Haber ikkonkluda għoli. Valletta fetħu l-iskor fis-77 minuta meta wara azzjoni ta’ korner minn Fontanella , d-difiża ta’ Gżira kklerjat qasir bil-ballun jasal f’tarf il-kaxxa għand Rowen Muscat li b’xutt b’saħħtu sab ir-rokna tax-xibka.

Minuta minn tmiem il-logħba ħarba ta’ Gżira b’xutt ta’ Mengolo li waħdu quddiem Bonello ra lill-gowlkeeper tal-Beltin idawwar f’korner. Biex mad-disħgin minuta Valletta issiġillaw ir-rebħa u kwalifikazzjoni b’gowl minn Gavrila fuq pass ta’ Malano.

Riżultat finali  Gżira Utd. 0 Valletta 2. Ikkontrolla din il-logħba r-referee  Alan Mario Sant

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kienu Matthew Paris, Ludovico Micallef u Adrian Casha li kisbu l-iktar ammont ta’ voti fl-elezzjoni għal tliet postijiet bħala Viċi Presidenti tal-MFA. B’kollox kien hemm sitt kontestanti għal din il-kariga…

Futbol lokali

Bjorn Vassallo huwa l-President il-ġdid tal-Malta Football Association wara li iktar kmieni llum rebaħ l-elezzjoni għall-ogħla kariga tal-MFA meta rebaħ l-elezzjoni meta għeleb lill-Chris Bonett. L-elezzjoni saret waqt il-Laqgħa Ġenerali…

Aktar