Futbol lokali
Kampjonat BOV Premier: Valletta jirbħu u jilħqu lil Hibernians fl-ewwel post

Hibernians…………………1

Valletta……..………………2

 

Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa Valletta ħadu t-tlett punti importanti kontra Hibernians biex b’hekk issa telghu fil-quċċata tal-klassifika flimkien ma l-istess Hibernians b’34 punt f’logħba mimlija episodji u f’partita fejn il-pawlisti spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers u mingħajr il-Kowċ Stefano Sanderra li wkoll spicca mkeċċi.  Jirritorna bejn il-lasti għal Valletta Henry Bonello filwaqt li nieqes għal l-istess tim id-difensur Steve Borg.

Hibernians fetħu l-iscore fil-ħames minuta logħob meta kien Jurgen Degabriele minn qada ċentrali li xuttja tajjeb – jsalva Bonello l-ewwel tentattiv madankollu l-ballun wasal f’sieq Adan Tiago Fonseca li mill-viċin għeleb id-difiża ta’ Valletta għal 1-0.

Fit-tlettax il-minuta reġa kellna ċans tad-deheb għal Pawlisti – ballun li wasal għand Jurgen Degabriele b’xutt mill-viċin jdawwar f’corner Henry Bonello.

Fis-26 minuta kien il-plejer Picciollo li ġie ffawljat – freekick dirett ta’ Miguel Alba l-ebda problema għal Andrew Hogg.

Man-nofs siegħa kellna azzjoni li bdiet minn corner – kien Alba li ta l-pass lejn in-nofs biex il-plejer Fontanella ogħla tajjeb u b’daqqa ta’ ras kien Hogg li salva tajjeb ma l-art.

Fl-aħħar erbgħa minuti logħob ta’ l-ewwel taqsima rajna l-Freekick dirett ta’ Alba b’Hogg  isalva b’diffikulta.

L-ewwel taqsima għaqlet 1-0 favur Hibernians

Wara l-ħin tal-mistrieħ Valletta ħarġu ferm aktar attenti bl-ewwel azzjoni tkun l-azzjoni tal-gowl tad-draw fis-47 minuta għal Valletta. Freekick ta’ Alba tajjeb lejn in-nofs u jkun Santiago Malano li b’daqqa ta’ ras ikkonkluda fil-lasta għal 1-1.

Il-pawlisti spiċċaw jilgħabu bi plejer inqas fil-ħamsa u ħamsin minuta meta Isaac Ntow ingħata t-tieni karta safra tiegħu biex b’hekk kellu jabbanduta l-logħba. Fost il-protesti mid-diversi partitarji kien hemm ukoll il-protesti tal-coach ta’ Hibernians Stefano Sanderra li dan ukoll ingħata l-karta l-ħamra u r-referree Philip Farrugia ordnalu jħalli l-pitch.

Fid- 69 rajna l-cross ta’ Piciollo, b’Kaljevic ma jirnxxillux jirċievi tajjeb u fl-aħħar nett ikun Hogg illi dawwar f’corner biex ibiegħed il- periklu. Minn l-istess corner ta’  Valletta mogħti minn Alba, daqqa ta’ ras ta’ Fonntanella b’Hogg isalva perfett minn fuq il-linja..

Fit-tnejn u tmenin minuta Tentattiv ta’ Valletta bid-difiża timblokka, ballun jasal għand Fontanella fil-kaxxa l-kbira jiġi ffawljat minn Jurgen Degabriele bir-referee Philip Farrugia jordna l-penalty u kien Miguel ALba li nkariga minnu u mill-ħdax il-metru ma falliex għal 2-1 favur Valletta

 

Riżultat finali:

HIBERNIANS                    1

VALLETTA                        2

Referee: Philip Farrugia

 

BOV Player tal-Logħba: Santiago Malano plejer ta’ Valletta

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar