Futbol lokali
Valletta jestendu l-kuntratt ta’ Tedesco b’sena oħra

Il-Club ta’ Valletta kkonferma li fl-aħħar laqgħa tal-kumitat li saret din il-ġimgħa ġie maqbul li staġun ieħor it-team se jibqa’ jitmexxa mill-ex player tas-Serie A Giovanni Tedesco.

Tedesco kien ħa t-tmun tat-team fi Frar li għadda wara li l-Club kien temm ir-relazzjoni mal-kowċ Darren Abdilla. Tedesco kien mexxa t-team għal xahar biss qabel ma waqaf il-kampjonat 2019/20 fejn l-aħħar logħba tal-istaġun ta’ Tedesco kienet it-telfa ta’ 2-0 kontra Gudja.

Il-Club qal li estenda l-kuntratt ma’ Tedesco b’sena bl-option għal sena oħra miftehma bejn iż-żewġ naħat.

TVM Sport jifhem li minkejja li saret l-estensjoni tal-kuntratt lil Tedesco il-Club qed jikkunsidra li jingaġġa wkoll Direttur Tekniku. Valletta mistennija jibdew il-pre season fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport
.