BOV Premier League 2021/22
Valletta b’rebħa kbira kontra Santa Lucia f’partita mimlija gowls

KAMPJONAT BOV PREMIER LEAGUE 2021/22

Valletta …………….5
Santa Lucia………..3

Objettiv uniku għal Valletta għal fini tal-klassifika li jiskurjaw il-gowls u jieħdu l-punti tar-rebħa. Bidu tajjeb għall-beltin meta fl-ewwel erbgha minuti tal-partita huma skurjaw darbtejn, dopjetta ta’ Shaun Dimech.

Fl-ewwel minuta kien Tulimieri għal Valletta li prova l-ewwel xutt tal-partita u tiegħu personali ballun li mar barra. Biex umbgħad kien Shaun Dimech fit-tieni minuta rċieva tajjeb u minn qagħda tajba xutt li fetaħ l-iskor ghal Valletta. Reġa’ kien Dimech zewġ minuti biss wara li rċieva mingħand Fontanella, kkontrolla l-ballun tajjeb u avvanza l-fuq b’xutt fil-baxx għeleb lil Archibald.

Santa Lucia kellhom jistennew sa nofs siegħa mill-partita azzjoni li bdiet mill-kontrattakk gowl maħdum perfett minn Alan Souza lejn Kieran Xuereb li qassam lejn Jurgen Pisani fuq ix-xellug xutt perfett li ma ħafirx.
Reġgħu kienu Valletta fil-ħin mogħti zejjed fl-ewwel taqsima, ballun li wasal viċin Eslit Sala quddiem il-lasti, kontrol tajjeb mill-viċin xutt mingħajr sforzi tefa’ wara Archibald biex b’hekk Valletta daħlu jistrieħu zewġ gowls minn fuq.

Santa Lucia naqqsu d-distakk meta fil-ħamsin minuta kienu diversi plejers ta’ Valletta fil-kaxxa li ma rnexxilhomx jikklirjaw il-periklu min-nofs ballun li wasal f’sieq Nicholas Pulis xutt minn l-ewwel tefa’ fix-xibka. Valletta għamluhom erbgħa meta fit-tlieta u sittin minuta sfortunat il-GK ballun li ħabat ma siequ japprofitta Mario Fontanella li kkonkluda mingħajr problema. Fit-73 minuta Valletta ssiġillaw ir-rebħa b’gowl ieħor xutt mill-plejer ta’ Valletta Ivan Curjuric. Is-sostitut Vito Plut naqqas id-distakk għal Santa Lucija ballun li ġie salvat parzjalment u mir-rebound tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 5-3.

BOV Player tal-Logħba: Shaun Dimech Valletta

Referee tal-partita: Glen Tonna

Formazzjonijiet:
Valletta: Guanone. A, Borg. J, Camilleri.R, Caruana. T, Arthur. J, Dilaver. H, Dimech. S (Zerafa J 70’), Curjuric. I (Micallef I 70’), Sala. E, Fontanella. M (Gauci C 82’), Tulimieri. K,
Santa Lucia: Archibald. J, Prates. A, Pisani. J, Pulis. N (Aguis. B 70’), Tanti. J, Filho. V 65’)Conti. G, Silva. P, Souza. A, Zerafa. J (Plut. V 55’), Xuereb. D (Kckay L 75’), Xuereb.K,

Miktub minn...
Chris Cassar