Futbol lokali
Valletta jiksbu rebħa fuq Żejtun fl-aħħar sekondi

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

VALLETTA FC………………..2

ZEJTUN CORINTHIANS…1

Fil-11 –il minuta xutt fil-baxx ta’ Leandro Aguirre li l-goalkeeper Cassar salva faċilment. Fit 18 –il-minuta Ricardo Silva Faria kompla lejn Vitor Viera li ra t-tenattiv tiegħu jiġi imblukkat minn Yenz Cini bl-għajnuna ta’ Zerafa. Fis 26 minuta xutt b’saħħtu ta’ Shaun Dimech u Cassar imblokka b’diffikulta’ Ftit wara kontrattakk ta’ Valletta u xutt ta’ Mario Fontanella b’lasta pratikament vojta, jispiċċa barra. Fit-33 minuta shot-cross fil-baxx ta’ Kemar David Reid u Ricardo Silva Faria ma laħaqx fuq il-ballun biex jikkonkludi għall ġewwa.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Żejtun ħarġu fuq l-attakk u xutt angulat ta’ Jose Gomes ġie imdawwar f’korner minn Yenz Cini. Fid-49 minuta xutt ieħor, b’saħħtu ta’ Vitor Vieira u Cini reġa’ dawwar f’korner. Fis-56 minuta Valletta marru fil-vantaġġ wara żball ta’ Lucas Moreira approfitta Mario Fontanella li b’xutt fil-baxx għeleb lil Cassar. Ftit wara xutt angulat ta’ Vitor Vieira u Cini għall darba oħra dawwar f’korner pero’ fid 59 minuta Żejtun kisbu l-gowl ta’ dro meta l-Brażiljan Vitor Vieira b’daqqa ta’ ras għeleb lil goalkeeper Belti. Fis-70 minuta Kemar Reid ġie wiċċ b’wiċċ  ma’ Cini u l-goalkeeper Belti reġa’ dawwar f’korner. Fil-85 minuta xutt tajjeb ta’ Mario Fontanella kien salvat tajjeb minn Cassar u żagħżugħ Micallef minn taħt il-lasta naqas li jikkonkludi għal ġewwa. Fl-aħħar sekondi tal-partita Valletta skurjaw il-gowl tar-rebħa, wara azzjoni ta’ korner il-ballun spiċċa għand Rowen Muscat li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Cassar.

Riżultat finali: Valletta FC. 2 v Żejtun Corinthians.  1.

Referee: Malcolm Spiteri.

BOV Plejer tal-partita: Vitor Vieira ( Żejtun)

Formazzjonijiet:

Valletta FC: Y.Cini, R.Camilleri ( M.A.Alba 37’), T.Caruana, S.Malano, R.Fenech (I.Micallef 65’), J.Zerafa, E.Sala, I.Requena (R.Muscat 46’), L.Aguirre, M.Fontanella, T.Marukawa ( S.Dimech 10’)..

Żejtun Corinthians: C.Cassar, L.Moreira, K.D.Reid, T.Bonfim, C.Grech, G.Bugeja, J.Gomes (A.Carabott 65’), V.Vieira, F.R.Silva( D.Agius 80’), N.Tabone, A.De Barros.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.