Futbol lokali
Valletta jirbħu kontra Floriana u jiftħu l-kampjonat

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Floriana……..0

Valletta……..1

Tasal it-tieni telfa għal Floriana

Valletta naqqsu d-distakk għal zewġ punti mil-leaders Floriana hekk kif irnexxilħom jirbħu d-derby kontra r-rivali illum.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara biss 6 minuti liema azzjoni rat lil Valletta jmorru fil-vantaġġ meta freekick li inkariga minnu Triston Caruana ballun preċiż fuq ras Steve Borg li mill-viċin tefa’ fix-xibka wara Akpan.

Żewġ minuti wara azzjoni ta’ Floriana meta freekick ta’ Venancio mill-viċin bir-ras Muhamadou ra l-ballun jiġi salvat minn Henry Bonello.

28 minuta azzjoni għal Valletta meta Piciollo jara x-xutt tiegħu mdawwar. 

32 minuta corner li nkariga minnu Triston Caruana ballun fuq ras Fontanella li mill viċin jara lil Akpan isalva.

Tmiem l-ewwel taqsima Floriana 0 Valletta 1.

Fit-tieni taqsima l-ewwel azzjoni tasal mad-69 minuta meta freekick ta’ Venancio bix-xutt tiegħu jgħaddi għoli.

76 minuta freekick għal Valletta inkariga minnu Alba ballun direzzjoni lejn Picollo u mill-viċin tefa’ l-ballun barra.

Mad-90 minuta Valletta jfallu ċ-cans li jirduppjaw meta azzjoni ta’ Fontanella ballun jispiċċa għand Malano li waħdu u f’lasti vojta tefa’ l-ballun ferm għoli.

Riżultat Finali: Floriana 0 Valletta 1

Player tal-logħba: Steve Borg (Valletta) 

Referee: Alan Mario Sant

Formazzjonijiet:

Floriana: Etim Akpan, Beye Muhamadou, Diego Venancio, Kristian Keqi, Jose Arias, Brandon Paiber, Stefano D’Agostino, Jurgen Pisani, Nichola Garcia, Alexander Cini, Ryan Camenzuli.

Valletta: Henry Bonello, Steve Borg, Ryan Camilleri, Bojan Kaljevic, Matteo Piciollo, Shaun Dimech, Jean Borg, Enmy Pena Beltre, Rowen Muscat, Triston Caruana, Mario Fontanella.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar