Futbol lokali
Valletta jsalvaw punt fl-94 minuta fid-derby kontra Floriana

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

VALLETTA FC……….1

FLORIANA FC………1

Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi qabel it-tisfira finali.

Wara 4 minuti logħob xutt fil-baxx ta’ Yuri Messias salva l-goalkeeper Ini Akpan, ftit wara Floriana wieġbu b’xutt bid-dawra ta’ Kristian Keqi li spiċċa barra. Fis-7 minuta daqqa ta’ ras ta’ Irakli Dzaria u difiża Furjaniża jsalva f’korner. Fl-20 minuta free-kick għal Valletta li ngħata minn Yuri Messias spiċċa barra. Fit-28 minuta xutt angulat fil-baxx ta’ Diego Venancio bil-ballun jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Henry Bonello.

Mal-ftuh tat-tieni taqsima Floriana marru fil-vantaġġ, kien id-difensur Belti Steve Borg li waqqa’ lil Kristian Keqi fil-kaxxa u l-istess player mill-11 -il metru għeleb lil Henry Bonello. Fil-55 minuti x-xutt fil-baxx ta’ Kevin Tulimieri kien salvat tajjeb minn Akpan. Fid-69 minuta attakk ieħor ta’ Valletta jispiċċa bix-xutt finali ta’ Irakli Dzaria jispiċċa barra. Lejn l-aħħar ħinijiet tal-logħba Valletta tefgħu kollox fuq l-attakk sabiex huma kisbu l-gowl ta’ draw propju fl-94 minuta, wara korner mogħti minn Kevin Tulimieri qamet taħwida taħt il-lasti furjaniża biex finalment kien Enmy Pena Beltre li tefa’ l-ballun ġewwa anke meta l-ballun deher imiss ma’ difensur qabel daħal ġewwa.

Riżultat finali: Valletta 1 v Floriana 1.

Referee: Matthew Degabriele.

BOV Player tal-partita: Kristian Keqi (Floriana FC )

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Illum il-Ħamis iltaqa’ l-Kunsill tal-MFA, laqgħa li ħabtet jumejn wara t-telfa tat-tim nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe. Fil-ftuħ tal-Kunsill, il-President Bjorn Vassallo esprima d-diżappunt tiegħu għar-riżultat u anke għall-wirja tat-tim…

Futbol lokali

Jake Grech ta’ Hibernians huwa l-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2019. Charles Azzopardi, Kap Eżekuttiv tal-PR u l-Marketing fil-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Awwissu 2019 lil Grech li…

Futbol lokali

Xewkija Tigers kisbu rebħa ta’ 3-0 kontra Kerċem Ajax biex telgħu fl-ewwel post tal-klassifika u baqgħu mhux megħluba fil-kampjonat. Xewkija fetħu l-iskor fir-4 minuta ta’ ħin miżjud qabel intemmet l-ewwel…

Futbol lokali

MAFA – Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni 2019/2020 Senglea Gunners bdew l-istaġun 2019/2020 tal-MAFA b’mod eċċezzjonali meta kontra kull mistenni għelbu liċ-champions Versity AFC bl-iskor ta’ 3-1. Anke t-tim promoss ta’ Balzan…

Aktar