Futbol lokali
FILMAT: Valletta jżommu qawwija t-tama li jistgħu jirbħu l-kampjonat, issa l-pressjoni fuq Hibs

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

St Andrews …….0
Valletta ……..…..4

Valletta kisbu t-tliet punti importanti b’erba’ gowls sbieħ li waslu kollha wara l-ħin tal-mistrieħ. Għall-Valletta nieqes mill-formazzjoni llum Bojan Kaljevic.

L-ewwel azzjoni ħolquha Valletta fid-disa’ minuta xutt tajjeb Kyrian Nwoko li ġie salvat minn Matthew Calleja Cremona. Reazzjoni ta’ St Andrews fit-tmintax -il minuta rajna xutt ta’ Aiden Friggieri issikkat mid-difiża beltija x-xutt tiegħu l-ballun li spiċċa barra. Reġgħu kienu St. Andrews fl-għoxrin minuta kontrattakk ta’ St Andrews javvanza Martin Davis l-konkużjoni tiegħu li marret barra. Ħames minuti biss wara reġa’ kien Martin Davis jirċievi pass fit-tul javvanza waħdu, difiża ta’ Valletta kompletament wieqfa. Hawnhekk ħarġa perfetta tal-goalkeeper Henry Bonello fil-ħin opportun u fl-aħħarnett kien Camilleri li kklerja l-ballun biex ibiegħed il-periklu. Tlieta u tletin minuta kienu Valletta freekick mogħti minn Alba ballun li spiċċa għoli fuq il-lasti ta’ Matthew Calleja Cremona. Ħamsa u tletin minuta rajna Cross ta’ Valletta lejn Santiago Malano d-daqqa ta’ ras li marret għolja.

Minuta biss wara li bdiet it-tieni taqsima Valletta jmorru fil-vantaġġ kien il-plejer Mario Fontanella li qabeż lil Dejan u xutt mill-bogħod u fil-baxx tefa wara Matthew Calleja Cremona. Fl-erbgħa u ħamsin minuta rajna reazzjoni minn St Andrews xutt tal-captain Joseph Farrugia ballun li mar kemm kemm għoli mil-lasti ta’ Bonello. Valletta jirduppjaw l-iscore fit-tmienja u sittin minuta Cross mill-lemin u daqqa ta’ ras ta Kyrian Nwoko l-ebda ċans għal goalkeeper biex isalva. Fit-tlieta u sebgħin minuta cans tajjeb għal St Andrews xutt tajjeb ta Aiden Friggieri ballun li jiġi mitluf.

St. Andrews spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers hekk kif fuq żewġt karti sofor Ricardo Martin jdabbar l-karta l-ħamra. Fit-tmienja u sebgħin minuta Valletta għamluwhom 3-0 permezz ta’ xutt ta’ Bogdan Gavrila ballun li ħabat mal-lasta u ħabat ukoll ma dar Matthew Callejja Cremona u ballun li spiċċa ġewwa. St. Andrews tilfu xi ftit il-konċentrazzjoni u Valletta reġgħu approfittaw għal 4-0 fit-tlieta u tmenin minuta cross mil-lemin u Santiago Malano ftit ċentimetri l-bogħod xutt tiegħu ma ħafirx.

Riżultat finali: St Andrews 0  Valletta 4.
Referee tal-partita: Glen Tonna.
BOV Player tal-Logħba: Enmy Pena Beltre Plejer ta’ Valletta.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Futbol lokali

Kwalifikazzjoni kampjonat Ewropew tan-Nisa taħt is-17 -il sena UEFA 2020. Illum it-team Malti mmexxi mill-kowċ Dorianne Theuma tilef bl-iskor ta’ 6-0 kontra Franza fl-ewwel logħba ta’ Grupp Ċ. Sa tmiem l-ewwel taqsima…

Aktar