Futbol lokali
FILMAT: Valletta lura għar-rebħ

KAMPJONAT BOV PREMIER  2019/2020

Valletta FC………….1

Senglea Athletic…..0

Valletta kisbu rebħa minima iżda prezzjuża meta għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0 sabiex telgħu temporanjament fit-tielet post tal-klassifika.

Valletta riedu t-tliet punti akkost ta’ kollox sabiex jibqgħu jittamaw li jżommu t-titlu li rebħu b’mod drammatiku fl-istaġun li għadda. It-tim mill-kapitali ma kienx għaddej minn żmien daqshekk feliċi hekk kif naqsu milli jiksbu it-tliet punti f’konfronti li fuq il-karta dehru faċli. Hekk ġara fil-logħba tal-ġimgħa l-oħra kontra Sirens li spiċċat fi dro ta’ 0-0.

Senglea Athletic kienu għadhom ġejjin minn rimonta tajba kontra Balzan meta kisbu dro drammatiku fl-aħħar minuti tal-logħba.

Il-kowċ ta’ Valletta Darren Abdilla lagħab metodu offensiv ta’ 3-4-3 filwaqt li Mario Muscat ta’ Senglea Athletic ħejja formazzjoni konservattiva ta’ 4-3-2-1 b’Wilfried Zamble l-uniku attakkant.

Kienu Valletta li fetħu tajjeb u fit-13-il minuta xutt ta’ Enmy Pena Beltre impenja lill-keeper ta’ Senglea Matthew Farrugia.

Fis-26 minuta lob tajjeb ta’ Rowen Muscat għal daqsxejn ma qarraqx lil Farrugia.

Valletta marru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta wara kross mil-lemin, kien Matteo Picciollo li bir-ras għeleb lil Farrugia.

Senglea dehru għall-ewwel darba lejn il-lasti ta’ Henry Bonello meta wara kross mix-xellug, kien Dejan Debono li sab lill-gowlkiper Belti attent.

Bl-ewwel taqsima tagħlaq b’Valletta 1-0 minn fuq.

Fit-tieni taqsima kienu Senglea li ttantaw xortihom eżattament fit-58 minuta meta Zamble għadda lejn David Xuereb li spara għoli.

Fl-74 minuta kellna ġirja tajba ta’ Kyrian Nwoko li spiċċat bix-xutt tiegħu jispiċċa għoli.

Fis-77 minuta azzjoni tajba ta’ Mario Fontanella li wara li qabeż difensur ixxuttja tajjeb b’Farrugia jilqa’ b’mod impekkabbli.

Fid-89 minuta kien il-gowlkiper Henry Bonello li salva b’mod verament tajjeb frikik b’saħħtu ta’ Jose Wilkson.

B’hekk il-Beltin kisbu l-ħames rebħa staġjonali li biha jistgħu jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat.

VALLETTA Henry Bonello, Jonathan Caruana, Steve Borg, Matteo Piciollo (Nicholas Pulis 83 min), Kyrian Nwoko (Bojan Kaljevic 79 min), Jean Borg, Enmy Pena Beltre, Joseph Zerafa, Rowen Muscat, Irakli Dzaria, Mario Fontanella (Shaun Dimech 90 min).

SENGLEA Matthew Farrugia, Sigitas Olberkis, Dejan Debono (Jan Tanti 76 min), Elvis Sakyi,, Leighton Grech (Jose Wilkson 59 min), Manolito Micallef, Sean Cipriott (Sean Cipriott 67 min), Wilfried Zamble, , Anderson do Nascimento Carneiro, David Xuereb, Marcelo Dias.

Skorja: Matteo Piciollo 28 min (V)

BOV Plejer tal-Logħba kien Matteo Picciollo ta’ Valletta.

Referì: Trustin Farrugia Cann.

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Masters football: F’Tournament internazzjonali f’Londra il-bieraħ telfa ta’ 4-2 għas-selezzjoni Maltija kontra Royal Marines. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-iskor kien dak ta’ 2-2 iżda l-Maltin qalgħu żewġ goals oħra fit-tieni…

Futbol lokali

Grupp F – Logħob ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2020 Spanja………..7 Malta…………0 Spanja saħħew posthom fil-quċċata ta’ Grupp F meta mingħajr ebda diffikulta’ għelbu lil Malta bl-iskor kbir ta’ 7-0. It-tieni 45…

Futbol lokali

Thabbret il-mewt ta’ Dominic Grech li kellu 64 sena. Dumink, kif kien maghruf ma’ dawk li jsegwu l-futbol Ghawdxi, beda il-karriera ma’ Victoria Hotspurs fl-aħħar tas-snin sittin u baqa’ plejer…

Futbol lokali

Il-plejer ta’ St Venera Lightnings, Yau-Mun Law, inħareġ mill-isptar u jinsab lura d-dar mal-familja. TVM Sport jista’ jikkonferma din l-aħbar li wkoll dehret uffiċjalment fuq il-paġna ta’ facebook tal-klabb. Is-saħħa…

Aktar