Futbol lokali
Valletta maħsuda minn Gudja U. fl-isfida tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020

Valletta………0

Gudja U……..2

Valletta jieħdu daqqa ta’ ħarta fl-isfida tagħhom għar-rebħ tal-kampjonat wara li jitilfu 2-0 ma’ Gudja U. Valletta li kellhom wirja diżappuntanti, b’Gudja li japprofittaw u anke bil-merti tagħhom ħarġu bi 3 punti meritati.

42 minuta u tasal fl-aħħar l-ewwel azzjoni ta’ Valletta, ‘free-kick’ mix-xellug ta’ Miguel Angel Alba, ballun salvat ferm tajjeb f’korner minn Glenn Zammit bejn il-lasti ta’ Gudja U.

Tieni taqsima; 70 minuta, s-sostitut Matteo Piciollo jagħti lejn Miguel Alba ta’ Valletta mal-lemin, ix-xutt tiegħu għoli mil-lasti tal-Gudja, biex fl-74 minuta, kross mil-lemin ta’ Enmy Pena Beltre dejjem għat-tim mil-kapitali, ‘first-timer’ ta’ Mario Fontanella fil-kaxxa, pero’ Glenn Zammit isalva tajjeb. 

80 minuta, pero’ jkunu Gudja U. li jmorru fil-vantaġġ u jaħsdu lic-‘champions’, is-sostitut Nivaldo Rodrigues Ferreira jitfa’ fix-xibka fil-baxx minn ġol-kaxxa , wara li jirċievi tajjeb minn Anderson de Barros, biex fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima Gudja saħansitra jirdupjaw b’xutt mil-lemin ta’ Gabriel Mensah, ballun mal-wieqfa u fix-xibka

Riżultat finali-Valletta 0-2 Gudja U.

BOV Plejer tal-Partita-Juan Andres Bolanos (Gudja U.)

Referee:Stefan Pace

Formazzjonijiet:

Valletta:H.Bonello, S.Borg (C), R.Camilleri, S.Malano, B.Kaljevic, S.Dimech, J.Borg, E.Pena Beltre, R.Muscat, M.A. Alba, M.Fontanella

Gudja U: G.Zammit, J.Farrugia, J.Bondin (C), A.J. Friggieri, E.B. Zarate, R.Winchester, L.Cremona, G.Mensah, A.De Barros, J.A. Bolanos, J. Grioli

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hekk kif fil-preżent il-kampjonati f’Malta jinsabu wieqfa, huma ħafna dawk li ma jafux x’se jkun id-destin tal-klabbs lokali u x’se jiġri mill-istaġun li ġej. F’dawn il-jiem, beda jiltaqa’ l-Kumitat tas-Social…

Futbol lokali

Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo qal li ma jiddependix mill-assoċjazzjoni x’jiġri jekk il-Kampjonat BOV Premier jitwaqqaf fejn hu u ma jitkomplix, iżda trid tkun il-UEFA li taghti d-direzzjoni. Bjorn Vassallo llum…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association bdiet tgħin ukoll fil-kawża ta’ kontra l-coronavirus. L-MFA qed twassal messaġġ ta’ solidarjetà, rispett reċiproku u għaqda. Fi stqarrija fuq is-sit uffiċjali tagħha, l-MFA qalet li tinsab…

Futbol lokali

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Football Association, il-President tal-MFA Bjorn Vassallo ikkomunika l-aħħar direzzjoni li l-assoċjazzjonijiet tal-football ewropej ingħataw mill-UEFA kif ukoll uffiċjaliżża l-aħħar deċiżjonijiet li ttieħdu…

Aktar