Futbol lokali
Valletta miżmuma minn Santa Lucia f’partita drammatika

BOV Premier 2019/20

Santa Lucia…..2

Valletta…………2

Santa Lucia jibqgħu mhux megħluba minn Valletta, fl-ewwel staġun tagħhom fl-istorja fil-Premier, wara parita’ ta’ 2-2 mat-tim mill-kapitali llum, wara r-rebħa tat-tim min-naħa t’isfel ta’ Malta 3-2 fl-ewwel rawnd.

Fit-22 minuta, Santa Lucia jaħsdu lil Valletta u jmorru fil-vantaġġ, korner mil-lemin ta’ Camilo Escobar, b’Kyrian Nwoko jitfa’ bir-ras fix-xibka tiegħu stess minkejja t-tentattiv tal-gowlkeeper Henry Bonello, biex jevita’ milli l-ballun jidħol fix-xibka, Santa Lucia 1-0 Valletta.

38 minuta, u mossi oxxeni mill-plejer ta’ Santa Lucia Camillo Escobar lejn il-partitarji ta’ Valletta, bil-partita kellha titwaqqaf għal xi minuti minħabba li Valletta tefgħu anke xi flixken fil-pitch fil-protesti tagħhom, bl-arbitraġġ ma jieħu l-ebda azzjoni drastika u partikulari wara dan l-inċident.

45 minuta u Valletta jkollhom ir-reazzjoni, xutt ta’ Rowen Muscat li jiġi mblukkat f’korner, wara kross mil-lemin ta’ Miguel Alba li ġie mtajjar parzjalment minn Ryan Caruana, bejn il-lasti ta’ Santa Lucia.

Tieni taqsima; u Santa Lucia jirdupjaw fil-50 minuta, Henry Bonello iwaqqa’ fil-kaxxa lil Diego Segura b’Stefan Pace jordna l-penalty, biex mill-11-il metru Camillo Escobar jitfa’ fix-xibka, ballun li jgħaddi minn taħt idejn Bonello, Santa Lucia 2-0 Valletta.

52 minuta u Valletta jnaqqsu d-distakk, ikompli fix-xibka Bojan Kaljevic li daħal bħala sostitut flok Kyrian Nwoko, wara indeċiżjoni fid-difiża ta’ Santa Lucia.

58 minuta u Valletta jkollhom xutt minn barra l-kaxxa ta’ Miguel Alba, itajjar il-ballun f’korner Ryan Caruana.

64 minuta, u minn azzjoni ta’ korner ta’ Valletta, Steve Borg deher li ffawlja lill-gowlkeeper Ryan Caruana, bir-referee Pace juri t-tieni karta safra lil Borg, u jkeċċih, Valletta b’10 min-nies.

83 minuta, u Santa Lucia jkollhom lil Escobar max-xellug li jqabbeż minn fuq Bonello, pero’ Ante Rosero f’lasti vojta ma jolqotx tajjeb u jitfa’ barra.

87 minuta u Valletta jagħmluhom 2-2 grazzi għal Mario Fontanella wara ‘handsball’ fil-kaxxa mill-plejer ta’ Santa Lucia, Santa Lucia li wkoll fil-ħin miżjud spiċċaw b’10 min-nies wara li Jackson Mendoza jirċievi wkoll it-2 karta safra mir-referee Stefan Pace

Riżultat finali-Santa Lucia 2-2 Valletta

BOV Plejer tal-Partita-Camilo Escobar (Santa Lucia)

Referee-Stefan Pace

Line-ups-

St.Lucia-R.Caruana, M.G Bohrer, K.Correia, J.Mendoza, D.Segura, K.Ante Rosero, J.Walker, J.Zerafa, C.Escobar, L.Galea (C), R.Tachikawa

Valletta-H.Bonello, J.Caruana (C), S.Borg, K.Nwoko, J.Borg, E.Pena Beltre, J.Zerafa, R.Muscat, M.A Alba, T.Caruana, M.Fontanella

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkumenta l-logħob tal-kampjonat Premier. Jippreżenta programm sportiv fuq radju tal-komunita'.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

The Malta F.A Trophy ir-4 Rawnd  Valletta……..4  Sirens……….1 Valletta jaqtgħu passaġġ għall-kwarti finali ta’ The Malta FA Trophy, meta b’ċertu kumdita jegħlbu lil Sirens bl-iskor ta’ 4-1 u jistennew issa…

Futbol lokali

FA TROPHY 2019/20 Swieqi Utd………..1 Ħamrun SP……….3 Wara ħames minuti logħob, Ħamrun ingħataw penalty meta Marc Attard waqqa’ lil Jorge Soares fil-kaxxa pero ix-xutt mil-ħdax il-metru tal-istess Soares kien imblukkat tajjeb…

Futbol lokali

Żewġ gowls lejn it-tmiem kienu biżżejjed sabiex il-liders tat-tieni diviżjoni San Ġiljan Saints jaħsdu lil Valletta St Pauls u jeliminawhom mill-kompetizzjoni tal-MAFA Knock-Out. It-tim minn San Ġiljan ingħaqad ma’ Versity…

Futbol lokali

FA Trophy 2019/20 Floriana……..2 Senglea………0 (Wara l-ħin barrani) Fit-tieni partita li  kellna fil-Hibs Stadium mill-FA Trophy il-leaders Floriana għaddew għall-kwarti tal-finali meta għelbu lil Senglea A. bl-iscore ta’ 2-0 fil-ħin…

Aktar