Futbol lokali
Valletta miżmuma minn Santa Lucia

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Santa Lucia…………1 

Valletta………………1 

Santa Lucia kisbu dro drammatiku ta’ 1-1 kontra Valletta f’partita pjaċevoli li ntlagħbet fil-Hibs Stadium.

Kienet logħba bejn tim li kien għadu ġej minn żewġ rebħiet konsekuttivi iġifieri Santa Lucia kontra Valletta li kienu ilhom żewġ partiti ma jiksbu t-tliet punti.

Kienu Valletta li ħolqu l-ewwel okkażjoni tal-logħba meta wara kross mil-lemin, kien Nicholas Pulis li ġiegħel lill-gowlkiper Andreas Vella jsalva tajjeb.

Man-nofs siegħa logħob kien Michael Camilleri ta’ Santa Lucia li għadda tajjeb f’tarf il-kaxxa bix-xutt fil-baxx tiegħu jsib lil Henry Bonello attent.

Fil-31 minuta, Valletta kienu sfortunati li laqtu l-lasta meta wara korner ta’ Alba, kien Malano li ra x-xutt mill-ewwel tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Fil-35 minuta, frikik tajjeb ta’ Kevin Ante Rosero għal Santa Lucia spiċċa kemm kemm barra mil-lasti ta’ Henry Bonello.

Madankollu kienu Valletta li marru fil-vantaġġ meta kien hemm azzjoni ta’ frikik u fost ħafna plejers fil-kaxxa ta’ Santa Lucia, kien Eslit Sala li bir-ras mill-viċin għeleb lil Andreas Vella.

Bl-ewwel taqsima li spiċċat b’Valletta 1-0 minn fuq.

Fit-52 minuta, Valletta kellhom gowl imħassar ta’ Taylon Marcolino.

Fis-70 minuta, Sta Lucia fallew ċans tad-deheb meta wara kross tajjeb, kien Rei Tachikawa li ra x-xutt tiegħu milqugħ minn Bonello sabiex mir-ribawnd kien Alan da Silva Souza li spara għoli.

Santa Lucia iġibu l-iskor indaqs fid-89 minuta wara korner ta’ Leandro, id-daqqa ta’ ras ta’ Tachikawa li spiċċat mal-lasta u mir-ribawnd daħal Kevin Ante Rosero li mill-viċin xeħet il-ballun fix-xibka.

Skor finali: Sta Lucia 1 Valletta 1

Referi: Darryl Agius

BOV Plejer tal-Logħba kien Eslit Sala ta’ Valletta.

Formazzjonijiet:

Santa Lucia: Andreas Vella, Timothy Tabone Desira, Rodrigues Prates, Kevin Correia, Alan da Silva Souza, Kevin Ante Rosero, Victor Filho Prestes, Michael Camilleri (Leandro Motta 60 min), Jamie Zerafa, Rei Tachikawa, Kieran Xuereb.

Valletta FC: Henry Bonello, Triston Caruana, Santiago Malano, Enmy Pena Beltre, Joseph Zerafa, Taisei Marukawa, Eslit Sala, Nicholas Pulis (Taylon Marcolino 43 min), Rowen Muscat, Miguel Alba, Mario Fontanella (Ryan Camilleri 80 min).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.