Futbol lokali
Valletta St Paul’s: Jinżamm l-appuntament tradizzjonali għal dawn il-jiem tal-festi b’għotja lil għaqda tal-karità

It-team tal-amateurs ta’ Valletta St Paul’s żamm l-appuntament tradizzjonali tiegħu għal dawn il-jiem tal-festi b’għotja lil għaqda tal-karità.

Il-benefiċjarju din is-sena kienet il-Fondazzjoni Adopt A FAmily. Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca lbieraħ kienet il-mistiedna speċjali għar-riċeviment tal-Milied fil-club ta’ Valletta St Paul’s fejn ġiet ippreżentata bl-għotja f’isem il-Fondazzjoni li tagħha hija l-patruna.

Preżenti fost l-oħrajn il-ministru Josè Herrera, rappreżentanti tal-oppożizzjoni, u l-president ta’ Valletta St Paul’s Frans Mintoff flimkien ma’ diriġenti oħra tal-club.

Valletta St Paul’s twaqqfu fl-1934 u huma champions renjanti tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni tal-MAFA. Attwalment jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika imma nhar is-Sibt imisshom appuntament ieħor importanti fil-finali tal-Christmas Cup tal-MAFA mal-ġirien u rivali kbar Valletta Stars. Il-finali fil-Ground ta’ Santa Luċija tibda fit-3 ta’ wara nofsinhar.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Taħt għajnejn il-coach Lars Olsen, illum wara nofsinhar is-sessjoni uffiċjali ta’ taħriġ ta’ lejlet il-partita tal-iskwadra tal-Gżejjer Faroe fuq il-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali. Fil-mikrofonu ta’ TVMSport, Olsen wera ruħu k unfidenti minn…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella rebaħ l-ewwel partita kontra t-Turkmenistan bi skor ta’ 2-1. Il-gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Zachary Brincat u…

Futbol lokali

Malta tilgħab l-ewwel partiti minn Grupp F tal-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2020 għada s-Sibt kontra l-Gżejjer Faroe. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn fi tlett ijiem għat-tim nazzjonali. Ray Farrugia,…

Futbol lokali

Il-gowlkiper Jurgen Borg, li bħalissa huwa proprjetà ta’ Gzira United FC u f’dan l-istaġun qiegħed b’self ma’ Żebbug Rangers, ġie kkundannat iħallas is-somma ta’ €14,936 u imgħax ta’ 5% lil…

Aktar