Formula 1
Vettel jista’ ma jiġġeddidlux il-kuntratt mal-Ferrari jekk ma jirbaħx l-istaġun li ġej
 Is-sewwieq Ġermaniż tal-Ferrari Sebastian Vettel jista’ jkun ser itellaq l-aħħar staġun mat-tim tal-Ferrari jekk kemm-il darba ma jirbaħx l-istaġun li ġej. Għat-tieni sena konsekuttiva Vettel ra l-kampjonat jaħrablu minn idejh, u tellieqa waħda wara l-oħra ra l-ħolma tisfaxxa fix-xejn.
Il-pressjoni fuq il-Ġermaniż kompliet tiżdied matul din il-ġimgħa meta hu mistenni li fil-Grand Prix t’Austin, l-Istati Uniti, li se jsir fi tmiem din il-ġimgħa, Lewis Hamilton ikun ikkonfermat bħala l-ħames darbiet ċampjin tal-Formula 1. Skont La Gazzetta dello Sport, it-tim tal-Ferrari niżżlu klawsola fil-kuntratt ta’ Vettel li permezz tagħha jistgħu jinħallu mill-obbligi tagħhom lejn il-Ġermaniż. Skont l-istess gazzetta, fil-mument Vettel jinsab maqtugħ waħdu fit-tim tal-Ferrari, fejn qiegħed ikompli jitlef is-sapport minn Maranello.
Tant il-pressjoni kompliet tikber fuq Sebastian Vettel, li saħansitra r-rivali tiegħu Hamilton ħass li kellu jikkumenta u qal li l-media għandha turi aktar rispett lejn is-sewwieq tal-Ferrari. Qal li ħadd ma’ jista’ jimmaġina kemm hija diffiċli li tkun fil-karozza ttellaq, u bħala umani kollha suġġetti għall-iżball. Fl-aħħar jiem, Maurizio Arrivabene li jmexxi lit-tim Ferrari, ħareġ jissapportja lil Vettel u qal li għalkemm dan l-istaġun mhux ser jispiċċa kif xtaqu huma, biss iridu jibqgħu maqgħudin sabiex jirbħu u jitilfu lkoll flimkien.
Vettel irnexxielu jirbaħ erba’ staġuni wara xulxin fil-Formula 1 bejn l-2010 u l-2013 meta kien mar-Red Bull, biss imbagħad ma rnexxilux jirreplika l-istess forma mal-Ferrari.
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Mick Schumacher, iben il-leġġenda Michael Schumacher, ingħaqad mal-akkademja tas-sewwieqa tal-Ferrari. Mick, ta’ 19-il sena, se jibda jsuq fl-ewwel staġun tiegħu fil-Formula 2, il-kategorija qabel dik tal-Formula 1. Mick Schumacher se…

Formula 1

Is-sena 2019 ma tantx bdiet bit-tajjeb għal Valtteri Bottas għaliex tilef l-isponsor ewlieni tiegħu Wihuri. Dan l-isponsor, immexxi mill-biljunarju Finalndiż Antti Aarnio-Wihuri ser jieqaf milli jissapportja lil Valtteri Bottas minħabba…

Formula 1

Il-Ferrari mistennija jneħħu lill-kap tagħhom Maurizio Arrivabene u lit-tekniku Mattia Binotti fis-sigħat li ġejjin. Dalgħodu, il-Gazzetta Dello Sport fl-Italja, irrapurtat li Arrivabene u Binotto se jitneħħew għax matul l-istaġun li…

Formula 1

Il-leġġenda tal-Formula 1 Michael Schumacher għada jagħlaq 50 sena: bil-familja tiegħu tgħid li se tiċċelebra s-suċċessi, ir-rekords, u l-ferħ tal-ex-sewwieq seba’ darbiet champon tad-dinja. Schumacher kien sofra ġrieħi gravi f’rasu…

Aktar