Futbol lokali
Victor Sciriha mhux se jitlaq minn President ta’ Valletta FC qabel ma tissewwa l-inġustizzja li saret mal-klabb tiegħu

F’intervista ma’ TVMSport li se tixxandar illejla, Victor Sciriha kkonferma li se jibqa’ President ta’ Valletta FC u mhux se jkun qed jitlaq il-kariga qabel ma fi kliemu jara “li tissewwa l-inġustizzja li saret mal-klabb tiegħu.”

L-intervista sħiħa ma’ Victor Sciriha se tixxandar fuq TVM2 mid-20.45 ’il quddiem.

Fl-intervista esklussiva tal-lejla, Sciriha tkellem għall-ewwel darba ma’ Peter Cossai, minn wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-MFA tat-Tnejn li għadda.

Sciriha fisser kif wara d-deċiżjonijiet li ħarġu mill-Kunsill tal-MFA il-ġimgħa li għaddiet, huwa kkuntattja lill-President tal-Assoċjazzjoni Bjorn Vassallo biex jistaqsi dwar il-possibiltà li jieħu l-każ tal-għoti tat-titlu ta’ Champions tal-Premier lil Floriana, fil-Qorti Ċivili mingħajr ma l-klabb tiegħu jkun sospiż, iżda r-risposta kienet li l-Istatut ma jippermettix.

L-intervista tal-lejla tikkonferma kummenti oħra li kien ta Sciriha stess ftit tal-ġimgħat ilu lil dan is-sit, fejn kien qal li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu fil-kariga ta’ President.

Fil-programm tal-lejla jixxandru diversi intervisti oħra mal-presidenti jew rappreżentanti tal-klabbs milquta fit-tajjeb jew fil-ħażin mill-istess deċiżjonijiet, fosthom il-klabbs dikjarati Champions tal-kampjonati rispettivi tal-futbol Malti.

TVMSport, edizzjoni speċjali Kampjonat BOV Premier, illejla fid-20:45 fuq TVM2.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Kellhom jgħaddu 27 sena mill-aħħar kampjonat mirbuħ minn Floriana fl-istaġun 1992/93 meta dakinhar kien refa’ t-Tazza tal-Kampjonat il-mibki David Cluett sabiex il-Furjaniżi sa fl-aħħar jerġgħu jgħollu t-Tazza ta’ Champions tal-Football…

Futbol lokali

Is-Sibt wara nofsinhar saret il-preżentazzjoni tat-trofew ta’ Champions tal-Futsal Elite League lil Luxol Futsal li rebħu dan il-kampjonat tal-istaġun 2019/20. Luxol dan l-istaġun rebħu double partikolari hekk kif apparti li…

Futbol lokali

Attard FC is-Sibt filgħaxija kienu ppreżentati bit-Tazza ta’ Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni għall-istaġun 2019/20. Il-Preżentazzjoni lil-captain tat-team Nigel Spiteri imdawwar bi sħabu l-players u membri tal-kumitat saret mill-President tal-MFA…

Futbol lokali

Waslet il-ġurnata li tant ilhom jistennew il-Furjaniżi hekk kif is-Sibt filgħaxija fil-Floriana saru ċ-ċelebrazzjonijiet uffiċjali tar-rebħ tal-kampjonat għall-istaġun 2019/20 wara l-preżentazzjoni uffiċjali tat-Tazza tal-Kampjonat BOV Premier tal-istagun 2019/20. Għal ħabta…

Aktar