Futbol lokali
Victor Sciriha se jtemm 25 sena fil-futbol Malti hekk kif jispiċċa l-istaġun

Victor Sciriha, il-President attwali ta’ Valletta FC, se jkun qed itemm karriera ta’ 25 sena fil-futbol Malti, hekk kif jintemm dan l-istaġun.

Ikkuntattjat minn TVMSport, Sciriha kkonferma din l-aħbar.

“Ma fadalli interess ta’ xejn. Ilhi 25 sena fil-futbol u issa wasal iż-żmien li noqgħod għal kwiet ingawdi l-ħajja u l-familja tiegħi. Il-futbol m’għadux aktar ‘worth it’ għalija. Il-‘budgets’ u l-ispejjeż saru kbar wisq,” qal Sciriha.

TVMSport jinsab infurmat li minkejja li Sciriha mhux se jkun qed jagħmel aktar parti mit-tmexxija ta’ Valletta FC, se jkun qed jibqa’ wieħed mill-isponsors ewlenien tal-klabb.

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li ġejja ta’ Valletta FC, se jkun qed jinħatar President ġdid u tkun meħtieġa elezzjoni jekk għal din il-kariga jkun hemm aktar minn persuna waħda.

Victor Sciriha kien beda fil-futbol Malti fil-kariga ta’ President ta’ Marsaxlokk FC qabel ma kien ħa t-tmexxija ta’ Valletta FC.

Fil-karriera ta’ amministratur, Sciriha rebaħ dak kollu possibbli fil-futbol Malti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA illum ħareġ is-sospensjonijiet wara l-ewwel logħbiet tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21. Fost il-lista ta’ tliet plejers li ġew sospiżi hemm il-plejer ta’ Lija Athletic Carl Joseph Cassar li…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Valletta ………….4 Birkirkara……….2 Valletta fetħu l-impenji tagħhom staġjonali b’rebħa diffiċli ta’ 3-2 kontra Birkirkara. Kienet partita klassika bejn żewġ timijiet li mistennija jkunu fost il-protagonisti ewlenin…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Ħamrun Spartans….5 Sirens………………….1 It-Taljani jgħidu, ‘Buona La Prima’. Hu hekk kien għal Hamrun Spartans. Il-Ħamruniżi jistgħu jgħidu li kellhom bidu brillanti tal-Kampjonat BOV Premier 2020/21 meta…

Aktar