Victoria Hotspurs jirbħu n-Knockout fuq Għajnsielem
Double ta' suċċessi għal Victoria Hotspurs

Iċ-champions il-ġodda tal-football Għawdxi Victoria Hotspurs rebħu wkoll in-knockout tal-ewwel diviżjoni tal-GFA meta f’finali missielta fil-Gozo Stadium għelbu lil Għajnsielem 3-1.

Għajnsielem setgħu fetħu l-iskor wara biss 6 minuti meta De Melo Lima twaqqa’ fil-kaxxa minn Sowatey: imma l-goalkeeper tal-Hotspurs Parnis salva x-xutt mill-11-il metru ta’ Joseph George Vella: u għalkemm mir-rebound Oularbi tefa’ fix-xibka, ir-referee Sandro Spiteri ħassar il-goal għax il-player kien daħal fil-kaxxa qabel ingħata l-penalty. Għajnsielem xorta marru fil-vantaġġ fid-29 minuta b’xutt sabiħ ta’ Marco Antonio Morgon Filho: biex l-ewwel taqsima għalqet 1-0.

Ir-Rabtin żiedu l-isforzi wara l-mistrieħ b’danakollu u ġabu d-draw fis-66 minuta minn Chris Camilleri wara azzjoni ta’ Elton da Silva. Hotspurs minn fuq 10 minuti wara b’lob ta’ Christian Mercieca mill-kross ta’ Lombas. Tliet minuti mit-tmiem wasal it-tielet goal: b’Għajnsielem fuq l-attakk, Elton da Silva ħarab u għeleb l-offside imma xxuttja mal-lasta: biex mir-rebound Christian Mercieca għadda lill-istess da Silva li skorja minn pożizzjoni ċara ta’ offside: fost protesti kbar minn Għajnsielem li kellhom anke lill-captain Kenneth Mercieca mkeċċi.

Fi tmiem il-partita l-President tal-Gozo Football Association Samuel Azzopardi ppreżenta t-tazza tan-Knockout lir-rebbieħa fost iċ-ċelebrazzjonijiet tal-players, diriġenti u partitarji ta’ Victoria Hotspurs li rebħu dan l-unur għall-ewwel darba fil-ħames edizzjoni tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Illejla jingħata bidu għat-tielet ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Żgur li l-aktar logħba mistennija ser tkun dik f’Old Trafford bejn Manchester UTD u Juventus, bir-ritorn ta’ Cristiano Ronaldo f’Manchester u…

Futbol internazzjonali

Kienet lejla pożittiva għall-Gunners fl-Emirates Stadium meta laqgħu għandhom lil Leicester City u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Leicester li marru fil-vantaġġ mal-31 minuta b’auto-goal ta’ Bellerin, imma eżatt qabel…

Ibburdjar

Fir-Rolex Middle Sea Race, l-ewwel Multihull li daħal lura pajjiżna dal-lejl kien il-Maserati Multi 70 tal-iskipper Giovanni Soldini. Il-Maserati daħal għall-ħabta tal-11:30pm, filwaqt li daħlu wkoll diversi jotts oħra, fosthom…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Balzan……..2 Floriana…..0 Wara 7 minuti logħob korner għall Floriana li ngħata minn Clayton Failla qajjem taħwida taħt il-lasti ta’Sultana, fejn Majdevac laqat il- ballun ħażin li…

Aktar