Futbol internazzjonali
Virgil van Dijk jirbaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA

Id-difensur Olandiż ta’ Liverpool, Virgil van Dijk, rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena tal-Professional Footballers’ Association. Dan wara sfida kbira bejnu u l-Ingliż Raheem Sterling ta’ Manchester City. U bħalma jiġri kull sena, fit-tim tas-sena tal-PFA hemm xi sorpriżi, bl-inklużjoni tal-midfielder ta’ Manchester United Paul Pogba, u l-ommissjoni tal-attakkant ta’ Chelsea, Eden Hazard.

Għada ser issir it-tħabbira uffiċjali tat-tim tas-sena kif deċiż mill-PFA, b’Van Dijk jidher li kien l-għażla tal-maġġoranza wara staġun impekkabbli mat-tim minn Merseyside. Van Dijk kien wieħed mill-pilastri tat-tim ta’ Liverpool matul dan l-istaġun, b’telfa waħda biss minn 35 logħba, u fejn ir-Reds żammew il-lasta intatta fi tmintax minnhom.

Van Dijk kien wieħed mis-sitt plejers li għamel il-lista finali għall-aqwa plejer tas-sena, li kienet tinkludi wkoll lil sieħbu tat-tim Sadio Mané, kif ukoll lill-plejers ta’ Manchester City Sergio Aguero, Bernardo Silva u Raheem Sterling, kif ukoll Eden Hazard ta’ Chelsea, li mbagħad sorprendentament m’għamiliex għat-tim tas-sena.

Id-dominanza ta’ Manchester City u Liverpool tidher ċara fit-tim tas-sena, tant li l-uniku plejer li mhuwiex minn xi tim jew ieħor huwa l-Franċiż Pogba.

Manchester City huma rappreżentati perrmezz ta’ Ederson, Aymeric Laporte, Fernandinho, Bernando Silva, Sergio Aguero u Raheem Sterling. Liverpool min-naħa tagħhom għandhom erba’ plejers, Virgil van Dijk, Sadio Mané, Trent Alexander-Arnold u Andrew Robertson. Din hija l-ewwel darba f’45 sena li l-plejers magħżula għat-tim tas-sena ġejjin minn tliet klabbs biss.

Bir-rebħa ta’ Virgil van Dijk ifisser li l-unur ser jibqa’ għand it-tim tal-Liverpool, wara li s-sena li għaddiet kien l-Eġizzjan Mohamed Salah li qala’ l-aktar voti, fejn matul is-snin, plejers bħal Luis Suarez, Steven Gerrard, John Barnes, Ian Rush, Kenny Dalglish u Terry McDermott kollha rnexxilhom jirbħu dan l-unur.

Is-serata tal-PFA Awards ser issir nhar il-Ħadd li ġej f’Londra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-klabb Taljan ta’ Fiorentina, ilbieraħ ippreżenta lill-plejer Franċiż Franck Ribery bħala l-akkwist il-ġdid tal-klabb. Waqt konferenza li saret apposta f’Firenze, l-ex plejer internazzjonali Franċiż qal li jinsab motivat għal din…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Juventus Maurizio Sarri mhux se jkun fuq il-bank imexxi lit-tim għall-ewwel żewġ logħbiet tas-Serie A. Dan ġie mħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-klabb wara li l-eks kowċ ta’ Napoli…

Futbol internazzjonali

Liverpool ħabbru li għandhom pjan ambizzjuż sabiex fis-snin li ġejjin ikabbru l-grawnd tagħhom Anfield Road. Wara li tliet snin ilu fetħu l-Main Stand tagħhom, issa hemm pjanijiet sabiex il-kapaċita’ tal-grawnd…

Aktar