Futbol lokali
VisitMalta Women’s Trophy: Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo jippreżenta t-trofew tar-rebbieħa lill-captain tal-Iżvezja Nathalie Bjorn

Il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo li ppreżenta t-trofew tar-rebbieħa tat-tournament lill-captain tal-Iżvezja Nathalie Bjorn, esprima sodisfazzjon għal dak li sejjaħ avveniment eċċezzjonali fi żminijiet ta’ sfida.

Il-ministru Bartolo qal li t-tournament wera kif minkejja kollox jista’ jinkiseb suċċess fit-turiżmu sportiv, u fisser l-intenzjoni tal-gvern li jħajjar niċeċ bħal dawn lejn Malta: mhux biss fil-football imma f’oqsma oħra tal-isport: li jiġġeneraw dħul importanti fl-ekonomija lokali.

Il-ministru tat-turiżmu qal ukoll li dawn l-avveniment jkabbru l-viżibbiltà ta’ Malta fuq livell internazzjonali u jgħinu l-pajjiż joħroġ aktar b’saħħtu mill-pandemija.

 

Miktub minn...
TVM Sport