Vittoriosa Stars – Silipo jispiċċa wara ftit jiem minn kowċ .. minfloku jinħatar Di Napoli

Avventura qasira ferm f’Malta għall-coach ġdid issa ex-coach tal-club tal-ewwel diviżjoni Vittoriosa Stars: hekk kif Fausto Silipo spiċċa mill-kariga wara ftit tal-jiem biss: biex postu ħadu Taljan ieħor: Arturo di Napoli.

Di Napoli, li bħala player lagħab ma’ diversi clubs taljani fosthom anke nofs staġun ma’ Inter fis-Serie A, għadu kemm tkeċċa minn coach ta’ Savona fil-Lega Pro: it-tielet kategorija tal-football fl-Italja.

Il-ħatra ta’ Arturo di Napoli ma’ Vittoriosa Stars ġiet ikkonfermata mill-club flimkien ma’ tibdil ieħor fl-istaff tekniku: b’Alex Camilleri jirritorna bħala coach tal-goalkeepers: u Mark Farrugia jinħatar trainer fiżiku.

Il-club tal-Birgu, bħalissa t-tieni fl-ewwel diviżjoni, punt biss wara l-leaders Pembroke, kienu ħabbru lill-ex-player Taljan l-ieħor Fausto Silipo bħala coach ġdid minflok Brian Spiteri dax-xahar stess; imma jidher li Silipo kellu jitlaq minħabba diffikultajiet familjari.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ital-futbol tan-nisa, ittella fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2021, li se jsiru fl-Ingilterra. Fil-Grupp ta’ Malta, hemm l-Italja, id-Danimarka, il-Bożnija u Herzegovina, l-Iżrael u l-Ġorġja….

Futbol lokali

Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019. L-attakkant Brażiljan ingħaqad ma’ Kerċem fil-bidu tal-istaġun u minbarra li skorja f’7 partiti minn 11, huwa jgħin…

Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Aktar