Viżjoni ċara u b’saħħitha riflessa fl-AGM tat-Team tal-Futsal tal-Universita

Wara staġun diffiċli, li ra lit-tim Universitarju jbati biex jadatta għal-format il-ġdid tal-kampjonat organizzat mill-FMA, il-University Futsal Team, proġett konġunt tal-Malta University Sports Club (MUSC) u l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), li jilgħab taħt l-isem tal-Mdina Knights FC, sejjaħ il-Laqgħa Ġenerali Annwali tiegħu s-Sibt 14 ta’ Mejju fil-Common Room tal-Università ta’ Malta. Din il-laqgħa kkonkludiet l-istaġun 2015/16 u nediet dak li jmiss.

Il-Kumitat uxxenti ppreżenta r-rapporti Amministrattivi tiegħu lil membri preżenti, u spjega fid-dettall it-titjieb sostanzjali li sar fuq diversi lati; kemm dak amministrattiv, ta’ branding kif ukoll fuq l-istrutturi tal-klabb li saru aktar professjonali.

Il-klabb laħaq aktar studenti Universitarji u partitarji tal-futsal permezz ta’ kampanji professjonali ta’ ‘marketing’ u avvenimenti innovattivi. Il-bilanċ pożittiv li ġie muri fir-rapport finanzjarju kien xhieda tal-ħidma kontinwa tal-Kumitat Eżekuttiv biex isib sponsors ġodda.

Fil-laqgħa kien hemm diskussjoni interessanti dwar il-futur tal-klabb, fejn il-membri li attendew ddiskutew diversi emendi statutorji li kellhom l-għan ewlieni li jilħqu bilanċ aħjar bejn ir-rapprezentanza tal-korp studentesk u l-flessibilita’ tad-diriġenza tal-klabb fejn tidħol ir-reġistrazzjoni ta’ plejers li ġejjin minn barra l-Università. Il-Laqgħa ġiet konkluża bl-elezzjoni tal-kumitat għall-istaġun 2016/2017.

Il-Kumitat għall-istaġun 2016/17 se jkun kompost minn :

President: Stefan Cutajar
Viċi-President: Luca Caruana
Segretarju Ġenerali: Ayrton Saffrett
Teżorier: Martina Camilleri
Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO): Jasmine Agius
Events Manager: Nicholas Martinelli
External Officer: Nicole Agius
Sales and Marketing Manager: Daniel Balzan
Team Manager: Jurgen D’Amato

Sadanittant, Kyle Sultana kien ikkonfermat bħala Head Coach.

Il-kumitat uxxenti tenna li l-klabb għandu ħafna fejn jikber u jimraħ, u għalkemm dan l-istaġun ra lit-tim Universitarju jfalli bi sbrixx milli jassigura postu fil-playoffs tal-Ewwel Diviżjoni, hemm ottimiżmu kbir wara serje ta’ riżultati pożittivi fl-aħħar rawnd tal-kampjonat. Il-Klabb huwa kommess li jkomplu dan il-proġett li jiffoka fuq il-lat olistiku tal-isport, fejn qed isir ħafna xogħol biex tinbena komunita’ u mhux dipendenza fuq ftit individwi. It-tim se jkomplu jirrapreżenta lill-Università bl-aktar mod professjonali u konsistenti possibbli.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

L-ex-referee Jude Amin Utulu tkeċċa mill-Malta Football Association wara li kiser ir-regolamenti tal-istess assoċjazzjoni. Id-deċiżjoni kkomunikata llum inħarġet mis-sotto-bord dixxiplinarju tar-referees fi ħdan l-MFA, wara sensiela ta’ smiegħ dixxiplinarji. Id-deċiżjoni…

Futbol lokali

Debutt b’telfa ta’ 1-0 kontra Franza għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat UEFA Euro Under 19. Il-logħob kollu tal-grupp li fih ukoll il-Belġju…

Futbol lokali

Il-membri tal-kunsill tal-Malta Football Association ingħataw dettalji tar-rekwiżiti ġodda tal-UEFA għal-liċenzjar ta’ clubs għall-kompetizzjonijiet Ewropej. Fost l-emendi għar-regolamenti ssemma’ li l-clubs li japplikaw għall-kompetizzjonijiet tal-UEFA jridu jagħmlu testijiet mediċi lill-players…

Aktar