Olimpjadi tax-Xitwa - BEIJING 2022
Vladimir Putin jaċċetta l-invit taċ-Ċina biex jattendi għall-Olimpijadi tax-Xitwa ta’ Beijing ta’ Frar 2022

Il-President Russu Vladimir Putin aċċetta l-invit taċ-Ċina biex jattendi għall-Olimpijadi tax-Xitwa ta’ Beijing ta’ Frar 2022.

Din l-aħbar taha l-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja, Sergei Lavrov.

L-atleti Russi huma skwalifikati milli jikkompetu f’avvenimenti sportivi taħt il-bandiera tagħhom sa Diċembru 2022.

Il-pajjiż se jkun qed jikkompeti fl-Olimpijadi tax-Xitwa f’Beijing taħt l-isem tal-Kumitat Olimpiku Russu.

Is-sospenjoni kienet waslet wara li diversi atleti u tobba Russi instabu ħatja f’każijiet ta’ doping.

Miktub minn...
TVM Sport