Vladyslava Kravchenko għal Rio Paralympic Games

Vladyslava Kravchenko se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Olimpijadi Paralimpiċi ta’ Rio 2016 fid-dixxiplina tal-għawm.

Din l-aħbar ġiet konfermata mill-ASA u waslet ftit jiem qabel mal-atleta residenti Malta titlaq lejn Funchal f’Madeira sabiex tikkompeti fil-kampjonati ewropej tal-Open Swimming.

F’Madeira Vlada Kravchenko se tkun akkumpanjata minn Isabelle Zarb bħala kowċ.

Fil-Brażil f’Rio Vlada se tikkompeti fil-50m butterfly, 50m backstroke u 100m breaststroke u se tkun qed tissielet mal-aqwa għawwiema paralimpiċi fid-Dinja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

Tliet għawwiema Maltin irnexxielhom jiksru rekords Nazzjonali ġodda waqt l-14 -il edizzjoni tal-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm Short Course tal-FINA. F’dan il-kampjonat li sar f’Hangzhou, ċ-Ċina, spikkaw Francesca Falzon, Young, Michael Stafrace, Mya…

Għawm

Fl-Għawm, Francesca Falzon Young kisret zewġ rekords fuq distanza qasira waqt il-wieħed u għoxrin edizzjoni tal-Ispeedo Meet f’Dubaj. Francesca għamet fil-mitejn metru freestyle f’ħin tajjeb ta’ zewġ minuti, erbgħa punt…

Għawm

Dylan Cachia u Sarah Demicoli rebħu l-kampjonat tal-Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming. Dawn iż-żewġ għawwiema, għal darb’oħra ddominaw dan il-Kampjonat, li kien jikkonsistu f’ħames tlielaq fuq żewġ kilometri, u…

Għawm

Xi ftit qtugħ ta’ nifs għal dawk li jibżgħu mill-għoli, filwaqt li tista’ tkun l-għaxqa għal dawk li jħobbu l-baħar. Fl-ewwel Red Bull Cliff Diving World Series li saret f’Texas,…

Aktar