
Volleyball
Volleyball: Imut Jonathan Chetcuti, plejer ta’ Valletta Mapei
L-isport lokali dalgħodu qam bl-aħbar ta’ niket għall-mewt ta’ Jonathan Chetcuti, plejer tal-voleyball ta’ Valletta Mapei.
Chetcuti hu wkoll ex plejer nazzjonali ta’ Malta.
Diversi kitbiet ta’ apprezzament iddominaw il-media soċjali minn kmieni filgħodu bil-persuni jirringrazzjaw lil Chetcuti li b’xi mod kien parti mill-ħajja tagħhom.
TVMSport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Chetcuti.