Volleyball
Volleyball: Isiru l-finali tal-Kampjonat tal-11-il sena tal-iskejjel

Il-Finali tal-kampjonat tal-iskejjel tal-Volleyball tas-subien kif ukoll tal-bniet tal-ħdax-il sena, kienu organizzati lbieraħ, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.

Dawn il-finali saru wara li f’Diċembru li għadda kienu organizzati l-logħob ta’ kwalifikazzjoni.

L-iskola sekondarja STMC St. Lucia kienu r-rebbieħa fil-kategorija tas-subien, segwiti mill-Kulleġġ ta’ St. Edward’s, il-Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl u l-Kulleġġ ta’ Stella Maris.

L-iskola ta’ Santa Monika Birkirkara, kienu r-rebbieħa tal-kategorija tal-bniet, segwiti mill-iskola ta’  St. Catherine’s, l-iskola Sekondarja ta’ STMC Santa Lucia, u ALP Paola.

Il-Kampjonat kien organizzat mill-iSport Promotion Unit fi ħdan SportMalta, b’kollaborazzjoni mal-Volleyball Association ta’ Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ffirma ftehim mal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Volleyball u l-Assoċjazzjoni Maltija biex il-programm Ewropew Play Volleyball, Grow with it, jibda jsir f’Malta. Il-programm Play Volleyball,…

L-isport lokali dalgħodu qam bl-aħbar ta’ niket għall-mewt ta’ Jonathan Chetcuti, plejer tal-voleyball ta’ Valletta Mapei. Chetcuti hu wkoll ex plejer nazzjonali ta’ Malta. Diversi kitbiet ta’ apprezzament iddominaw il-media…

Il-Finali tal-kampjonat tal-iskejjel tal-Volleyball tas-subien kif ukoll tal-bniet tal-ħdax-il sena, kienu organizzati illum l-Erbgħa 15 ta’ Jannar, ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. Dawn il-finali saru wara li f’Diċembru li għadda kienu…

Aktar