Vukanac lura ma’ Birkirkara

Id-difensur serb Nikola Vukanac reġa ffirma ma’ Birkirkara.

vuka

Vukanac kien regolari fit-team rebbieħ tal-kampjonat l-istaġun li għadda imma kien ilu bla klabb mis-sajf wara li laħaqx ftehim mal-Istripes u kien anke mar jipprova jilgħab lura pajjiżu.

Issa ffirma kuntratt gdid ta’ sentejn u nofs mac-champions.

Vukanac jista’ jilgħab sa mil-logħba li jmiss ta’ Birkirkara kontra Rabat Ajax fit-23 ta’ Novembru.

 

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.