Motorsport
W Series – Jibda l-ittestjar tal-karozzi qabel l-ewwel tellieqa f’Mejju li ġej

In-nisa li ser ikunu qegħdin jiktbu l-istorja fl-ewwel tellieqa tad-W Series, bdew l-ittestjar tal-karozzi fuq iċ-ċirkwit ta’ Lausitzring qabel fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Mejju ssir l-ewwel tellieqa f’Hockenheim, il-Ġermanja. Waħda mis-sewwieqa hija Naomi Schiff, li bdiet il-karriera tagħha fl-età ta’ 16-il sena fil-Formula Volkswagen tal-Afrika t’Isfel. Hi ser tkun qed tikkompeti ma’ sbatax-il mara oħra fl-ewwel tellieqa fl-4 u l-5 ta’ Mejju li ġej. Il-Belġjana għandha ħolma, li xi darba tkun tista’ ttellaq fil-Formula 1, imma sabiex tasal s’hemmhekk mhijiex faċli.

Il-ħsieb wara dan il-kampjonat ġdid hu li n-nisa jkollhom aktar ċans li jikkompetu fi sport li dejjem kellu dominanza maskili. Fil-fatt, id-W Series ser tkun fil-livell tal-Formula 3, u l-bibien huma miftuħa għal min jeċċella f’dan il-kampjonat.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA