
Ryan Giggs u Craig Bellamy huma ż-żewġ persuni kkunsidrati biex ikunu kowċ nazzjonali ta’ Wales.
Il-Federazzjoni tal-futbol ta’ Wales għamlitha ċara li r-rwol tat-tim nazzjonali se jimtela’ minn wieħed minn dawn it-tnejn.
Il-Federazzjoni tkellmet ukoll mad-Direttur Tekniku ta’ Wales Osian Roberts u mal-assistant coach ta’ Stoke Mark Bowen li iżda ma ntlaħaqx ftehim.
Id-deċiżjoni bejn jekk hux se jkun Giggs jew Bellamy se tittieħed fil-jiem li ġejjin wara diskussjoni fl-Eżekuttiv tal-Federazzjoni ta’ Wales.
Giggs, ta’ 44 sena, jibqa’ l-favorit li jieħu post Chris Coleman, 18-il xahar wara li ħalla r-rwol tiegħu ma’ Manchester United.
Wara r-rebħa tal-bieraħ ta’ Manchester United fuq Tottenham Hotspur bi skor ta’ 2-1, illum Chelsea għelbu lil Southampton fit-tieni semifinali bi skor ta’ 2-0. Chelsea jiftħu l-iskor minn Oliver Giroud…
Programm sħiħ fl-Italja mill-34 ġurnata matul il-jum tal-Ħadd. Fil-partita li ntlagħbet kmieni wara nofsinhar, Cagliari f’darhom ħadu biss punt kontra Bologna, f’partita li ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls. Rebħa…
Arsene Wenger, Manager ta’ Arsenal, se jħalli lill-Gunners fl-aħħar tal-istaġun wara 22 sena fit-tmun tal-klabb. Wenger hu l-aktar Manager ta’ suċċess fl-Istorja tal-Premier League Ingliż. Wenger qal li wara li…
Ikomplu l-preparamenti għat-Tazza tad-Dinja li se tibda ħamsa u ħamsin ġurnata oħra, din id-darba fil-qasam tar-referees. Il-Ħamis, l-uffiċjali tal-logħba kienu Firenze sabiex ikomplu t-taħriġ fuq is-sistema VAR, it-teknoloġija viżiva tar-referees…